+Artikolu 65 Setgħat ta’ intervent tal-EIOPA fuq il-prodott
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
---+Artikolu 65 4.
---+Artikolu 65 5.
---+Artikolu 65 6.
---+Artikolu 65 7.
---+Artikolu 65 8.
---+Artikolu 65 9.

Artikolu 65 Setgħat ta’ intervent tal-EIOPA fuq il-prodott

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 65 1.
B’konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-EIOPA għandha timmonitorja s-suq għall-PEPP li jkunu kummerċjalizzati, imqassma jew mibjugħa fl-Unjoni.
Artikolu 65 2.
F’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-EIOPA tista’, meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, tipprojbixxi jew tirrestrinġi temporanjament fl-Unjoni l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti PEPPs jew PEPPs b’ċerti karatteristiċi speċifikati.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, li għandhom jiġu speċifikati mill-EIOPA.

Artikolu 65 3.

L-EIOPA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu wara li tikkonsulta lill-ESAs l-oħra, fejn xieraq, u biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-azzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-faddal tal-PEPP, inkluż fir-rigward tan-natura tal-irtirar fit-tul tal-prodott, jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni;

(b) 

ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti tal-Unjoni skont id-dritt tal-Unjoni li huma applikabbli ma jindirizzawx it-theddida.

(c) 

awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu ma jindirizzawx it-theddida b’mod adegwat.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew issodisfati, l-EIOPA tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma PEPP ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti tal-PEPP.

Artikolu 65 4.

Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha tiżgura li l-azzjoni:

(a) 

ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq il-faddala tal-PEPP li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni; jew

(b) 

ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju.

Meta awtorità jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 63, l-EIOPA tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 64.

Artikolu 65 5.
Qabel ma tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li qed tipproponi.
Artikolu 65 6.
L-EIOPA għandha tippubblika fis-sit web tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li biha tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu. Dak l-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni u jispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż minn meta ser jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal azzjoni meħuda wara li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.
Artikolu 65 7.
L-EIOPA għandha tirrieżamina projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 2 f’intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Jekk il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi.
Artikolu 65 8.
Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-EIOPA skont dan l-Artikolu għandha tieħu preċedenza fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti.
Artikolu 65 9.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bi kriterji u fatturi li għandhom jiġu applikati mill-EIOPA filwaqt li tiddetermina meta jkun hemm tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-faddal tal-PEPP, inkluż fir-rigward tan-natura tal-irtirar fit-tul tal-prodott, jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:

(a) 

il-grad ta’ kumplessità ta’ PEPP u r-relazzjoni mat-tip ta’ faddal tal-PEPP li lilu jiġi kkummerċjalizzat u mibjugħ;

(b) 

il-grad ta’ innovazzjoni ta’ PEPP, ta’ attività jew prattika;

(c) 

l-effett ta’ lieva li prodott jew prassi jipprovdu;

(d) 

fir-rigward tal-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, id-daqs jew l-ammont totali ta’ kapital akkumulat tal-PEPP.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.