|
+Artikolu 67 3. |
Artikolu 67 3.L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas dawn il-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra li ġejjin fir-rigward tas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:
(a)
dikjarazzjoni pubblika, li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur skont l-Artikolu 69;
(b)
ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex tieqaf minn din l-imġiba u ma tirrepetihiex;
(c)
projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv tal-impriża finanzjarja jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li jkunu responsabbli, milli jeżerċitaw funzjonijiet maniġerjali fit-tali impriżi;
(d)
f’każ ta’ persuna ġuridika, multi amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 5 000 000 , jew fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-14 ta’ Awwissu 2019.
(e)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, il-multi amministrattivi massimi msemmijin fil-punt (d) jistgħu jkunu sa 10 % tal-fatturat annwali totali skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), il-fatturat annwali totali relevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ fatturat f’konformità mal-atti leġiżlattivi kontabilistiċi relevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv tal-impriża prinċipali finali;
(f)
f’każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 700 000 , jew fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-14 ta’ Awwissu 2019;
(g)
multi amministrattivi finali li tal-inqas jilħqu d-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi stabbilit, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (d), (e) jew (f) rispettivament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|