+Artikolu 67 Penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.
---+Artikolu 67 5.
|
Artikolu 67 Penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1.
|
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penalitajiet amministrattivi adatti u miżuri oħra applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal penalitajiet amministrattivi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għal ksur li jkun soġġett għal sanzjonijiet kriminali taħt il-liġi nazzjonali tagħhom. Sad-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu lill-Kummissjoni u lill-EIOPA. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-EIOPA mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.
|
|
Artikolu 67 2.
|
Il-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mill-inqas għal sitwazzjonijiet meta:
(a)
impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) tkun kisbet reġistrazzjoni ta’ PEPP permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew qarrieqa jew xi mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikoli 6 u 7;
(b)
impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) tipprovdi, tiddistribwixxi rispettivament, prodotti bid-deżinjazzjoni “Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” jew “PEPP” mingħajr ir-reġistrazzjoni meħtieġa;
(c)
fornitur tal-PEPP ma pprovdiex is-servizz ta’ portabilità bi ksur tal-Artikoli 18 jew 19 jew l-informazzjoni dwar dak is-servizz meħtieġa skont l-Artikolu 20 u 21, jew naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu IV, fil-Kapitolu V, fl-Artikoli 48 u 50 u fil-Kapitolu VII;
(d)
depożitarju naqas milli jissodisfa d-dmirijiet ta’ sorveljanza tiegħu skont l-Artikolu 48.
|
|
Artikolu 67 3.
|
L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas dawn il-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra li ġejjin fir-rigward tas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:
(a)
dikjarazzjoni pubblika, li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur skont l-Artikolu 69;
(b)
ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex tieqaf minn din l-imġiba u ma tirrepetihiex;
(c)
projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv tal-impriża finanzjarja jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li jkunu responsabbli, milli jeżerċitaw funzjonijiet maniġerjali fit-tali impriżi;
(d)
f’każ ta’ persuna ġuridika, multi amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 5 000 000 , jew fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-14 ta’ Awwissu 2019.
(e)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, il-multi amministrattivi massimi msemmijin fil-punt (d) jistgħu jkunu sa 10 % tal-fatturat annwali totali skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
), il-fatturat annwali totali relevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ fatturat f’konformità mal-atti leġiżlattivi kontabilistiċi relevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv tal-impriża prinċipali finali;
(f)
f’każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 700 000 , jew fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-14 ta’ Awwissu 2019;
(g)
multi amministrattivi finali li tal-inqas jilħqu d-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi stabbilit, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (d), (e) jew (f) rispettivament.
|
|
Artikolu 67 4.
|
Kwalunkwe deċiżjoni li timponi l-penalitajiet amministrattivi jew miżuri oħra stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 3 għandhom ikunu raġjonevoli u jkunu soġġetti għad-dritt ta’ appell quddiem tribunal.
|
|
Artikolu 67 5.
|
Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra jipproduċu r-riżultati segwiti minn dan ir-Regolament u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw il-possibbiltà ta’ duplikazzjoni u trikkib meta japplikaw penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra f’każijiet transfruntiera.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|