|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1) ‘istituzzjoni tal-flus elettroniċi’ tfisser persuna ġuridika li ngħatat awtorizzazzjoni skont it-Titolu II biex toħroġ il-flus elettroniċi; (2) ‘flus elettroniċi’ tfisser valur monetarju maħżun elettronikament, anke b’mod manjetiku, kif rappreżentat minn pretensjoni fuq l-emittent li tinħareġ malli jiġu rċevuti l-fondi għall-iskop ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif definiti fil-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE u li huwa aċċettat minn persuna ġuridika għajr l-emittent tal-flus elettroniċi; (3) ‘emittent tal-flus elettroniċi’ tfisser l-entitajiet msemmija fl-Artikolu 1(1), l-istituzzjonijiet li jibbenefikaw mir-revoka skont l-Artikolu 1(3) u l-persuni ġuridiċi li jibbenefikaw mir-revoka skont l-Artikolu 9; (4) ‘medja ta’ flus elettroniċi pendenti’ tfisser l-ammont totali medju ta’ passivi finanzjarji marbuta mal-flus elettroniċi maħruġa fi tmiem kull jum kalendarju matul is-sitt xhur kalendarji preċedenti, ikkalkulat fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar kalendarju u applikat għal dak ix-xahar kalendarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|