+Artikolu 11 Ħruġ u rimborżabbiltà
---+Article 11 1.
---+Article 11 2.
---+Article 11 3.
---+Article 11 4.
---+Article 11 5.
---+Article 11 6.
---+Article 11 7.

Artikolu 11 Ħruġ u rimborżabbiltà

Artikolu 11

Ħruġ u rimborżabbiltà

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-emittenti ta’ flus elettroniċi jemettu l-flus elettroniċi bil-parità kontabbli bħalma jkun hemm fuq l-irċevuta tal-fondi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba tad-detentur tal-flus elettroniċi, l-emittenti tal-flus elettroniċi jirrimborżaw, f’kull ħin u bil-parità kontabbli, il-valur monetarju tal-flus elettroniċi miżmuma.

3.  Il-kuntratt bejn l-emittenti tal-flus elettroniċi u d-detentur tal-flus elettroniċi għandu b’mod ċar u prominenti jiddikjara l-kondizzjonijiet tar-rimborż, inklużi l-ħlasijiet marbutin mar-rimborż, u d-detentur tal-flus elettroniċi għandu jkun mgħarraf b’dawn il-kondizzjonijiet qabelma jkun marbut bi kwalunkwe kuntratt jew offerta.

4.  Ir-rimborż għandu jkun suġġett għal ħlas biss jekk ikun hekk iddikjarat fil-kuntratt skont il-paragrafu 3 u biss f’wieħed mis-segwenti każijiet:

(a) fejn ir-rimborż ikun rikjest qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt;

(b) fejn il-kuntratt jipprovdi għal data ta’ terminazzjoni u d-detentur tal-flus elettroniċi jkun ittermina l-kuntratt qabel dik id-data; jew

(c) fejn ir-rimborż ikun mitlub aktar minn sena wara d-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt.

Kull ħlas bħal dan għandu jkun proporzjonat u jipparaguna mal-ispejjeż attwali magħmula mill-emittenti tal-flus elettroniċi.

5.  Fejn ir-rimborż ikun rikjest qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt, id-detentur tal-flus elettroniċi jista’ jitlob li l-flus elettroniċi jiġu mifdija kollha jew parzjalment.

6.  Fejn ir-rimborż ikun rikjest mid-detentur tal-flus elettroniċi ma’ għeluq sena, jew matulha, mid-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt:

(a) il-valur monetarju totali tal-flus elettroniċi għandu jkun rimborżat; jew

(b) fejn l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq xi waħda jew iżjed mill-attivitajiet elenkati fil-punt 6 tal-Artikolu 6(1) u ma jkunx magħruf minn qabel liema proporzjon mill-fond għandha tintuża bħala flus elettroniċi, il-fondi kollha mitluba mid-detentur tal-flus elettroniċi għandhom jiġu mifdijin.

7.  Minkejja l-paragrafi 4, 5 u 6, id-drittijiet ta’ rimborż ta’ persuna, li ma tkunx konsumatur, li taċċetta flus elettroniċi għandhom ikunu suġġetti għall-ftehim kontrattwali bejn l-emittent tal-flus elettroniċi u dik il-persuna.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 11 1.
Member States shall ensure that electronic money issuers issue electronic money at par value on the receipt of funds.
Article 11 2.
Member States shall ensure that, upon request by the electronic money holder, electronic money issuers redeem, at any moment and at par value, the monetary value of the electronic money held.
Article 11 3.
The contract between the electronic money issuer and the electronic money holder shall clearly and prominently state the conditions of redemption, including any fees relating thereto, and the electronic money holder shall be informed of those conditions before being bound by any contract or offer.
Article 11 4.

Redemption may be subject to a fee only if stated in the contract in accordance with paragraph 3 and only in any of the following cases:

(a) 

where redemption is requested before the termination of the contract;

(b) 

where the contract provides for a termination date and the electronic money holder terminates the contract before that date; or

(c) 

where redemption is requested more than one year after the date of termination of the contract.

Any such fee shall be proportionate and commensurate with the actual costs incurred by the electronic money issuer.

Article 11 5.
Where redemption is requested before the termination of the contract, the electronic money holder may request redemption of the electronic money in whole or in part.
Article 11 6.

Where redemption is requested by the electronic money holder on or up to one year after the date of the termination of the contract:

(a) 

the total monetary value of the electronic money held shall be redeemed; or

(b) 

where the electronic money institution carries out one or more of the activities listed in Article 6(1)(e) and it is unknown in advance what proportion of funds is to be used as electronic money, all funds requested by the electronic money holder shall be redeemed.

Article 11 7.
Notwithstanding paragraphs 4, 5 and 6, redemption rights of a person, other than a consumer, who accepts electronic money shall be subject to the contractual agreement between the electronic money issuer and that person.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0110
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.