+TITLE IV FINAL PROVISIONS AND IMPLEMENTING MEASURES
---+Artikolu 14 Miżuri implimentattivi
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
---+Artikolu 15 Proċedura ta’ kumitat
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
---+Artikolu 16 Armonizzazzjoni sħiħa
------+Article 16 1.
------+Article 16 2.
---+Artikolu 17 Reviżjoni
---+Artikolu 18 Dispożizzjonijiet tranżitorji
------+Article 18 1.
------+Article 18 2.
------+Article 18 3.
------+Article 18 4.
---+Artikolu 19 Emendament tad-Direttiva 2005/60/KE
---+Artikolu 20 Emendament tad-Direttiva 2006/48/KE
---+Artikolu 21 Tħassir
---+Artikolu 22 Trażpożizzjoni
------+Article 22 1.
------+Article 22 2.
---+Artikolu 23 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 24 Indirizzati

TITLE IV FINAL PROVISIONS AND IMPLEMENTING MEASURES

TITLE IV FINAL PROVISIONS AND IMPLEMENTING MEASURES

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 Miżuri implimentattivi

Artikolu 14

Miżuri implimentattivi

1.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jkunu neċessarji għall-aġġornament tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sabiex tieħu kont tal-inflazzjoni jew tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni konverġenti tal-eżenzjonijiet riferiti fl-Artikolu 1(4) u (5). Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 15 Proċedura ta’ kumitat

Artikolu 15

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Ħlasijiet stabbilit skont l-Artikolu 85 tad-Direttiva 2007/64/KE.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 16 Armonizzazzjoni sħiħa

Artikolu 16

Armonizzazzjoni sħiħa

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet armonizzanti ta’ din id-Direttiva fl-Artikolu 1(3), is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 3(3), l-Artikolu 5(7), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 9 u l-Artikolu 18(2), u safejn din id-Direttiva tipprovdi għall-armonizzazzjoni, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet oħra għajr dawk imsemmijin f’din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-emittenti tal-flus elettroniċi ma jidderogawx, għad-detriment tad-detentur tal-flus elettroniċi, mid-dispożizzjonijiet tad-Dritt nazzzjonali li jimplimenta jew ikun jikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva skont fejn ikun espliċitament dispost fiha.

Artikolu 17 Reviżjoni

Artikolu 17

Reviżjoni

Sa l-1 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Bank Ċentrali Ewropew rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ din id-Direttiva, partikolarment dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, akkumpanjati, fejn xieraq, minn proposta għar-reviżjoni tagħha.

Artikolu 18 Dispożizzjonijiet tranżitorji

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-ħlas li jkunu bdew qabel it-30 ta’ April 2011, attivitajiet skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2000/46/KE fl-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju ewlieni, li jkomplu l-attivitajiet tagħhom f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor skont il-ftehimiet ta’ rikonoxximent reċiproku fid-Direttiva 2000/46/KE mingħajr ma tinħtieġ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, hew mingħajr ma jkun hemm ħtieġa ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva, jew imsemmijin fih.

L-Istati Membri għandhom jesiġu minn dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li jissottomettu l-informazzjoni relevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn ikunu jistgħu jivvalutw, sat-30 ta’ Ottubru 2011, jekk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi ikunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jkun meħtieġ li jittieħdu sabiex tkun assigurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa. Istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkunu ottemperaw ruħhom għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru u għandhom jkunu meħtieġa li jottemperaw mar-rekwiżiti fit-Titolu II. Fejn l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi ma jikkonformawx mal-ħtiġiet stabbiliti f’din id-Direttiva sat-30 ta’ Ottubru 2011, għandhom ikunu pprojbiti milli jemettu flus elettroniċi.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandha tingħata awtomatikament l-awtorizzazzjoni u tiddaħħal fir-reġistru previst fl-Artikolu 3 jekk l-awtoritajiet kompetenti diġà jkollhom evidenza li l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3, 4 u 5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi inkwistjoni qabel tingħata l-awtorizzazzjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkunu bdew qabel it-30 ta’ April 2011 attivitajiet konformement mal-liġi nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/46/KE, li jkomplu l-attivitajiet tagħhom fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat skont id-Direttiva 2000/46/KE sat-30 ta’ April 2012, mingħajr ma tinħtieġ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva u mingħajr ma tkun meħtieġa konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Titolu II ta’ din id-Direttiva. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li, waqt dak il-perijodu, ma jkunu la ġew awtorizzati u lanqas mogħtija deroga fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu pprojbiti milli joħorġu flus elettroniċi.

▼M1

4.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li, jkunu bdew iwettqu attivitajiet skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2007/64/KE fl-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħhom qabel it-13 ta’ Jannar 2018, biex ikomplu b’dawk l-attivitajiet f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkollhom għalfejn jiksbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jew jikkonformaw ma’ rekwiżiti oħra stipulati jew imsemmija fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva sat-13 ta’ Lulju 2018.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jivvalutaw, sat-13 ta’ Lulju 2018, jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jeħtieġ jittieħdu sabiex tkun żgurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa.

Istituzzjonijiet ta’ flus elettorniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu li wara verifika mill-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru. Meta dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettorniċi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II sat-13 ta’ Lulju 2018, dawn għandhom ikunu projbiti milli joħorġu flus elettroniċi.

▼B

Artikolu 19 Emendament tad-Direttiva 2005/60/KE

Artikolu 19

Emendament tad-Direttiva 2005/60/KE

Id-Direttiva 2005/60/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1) il-punt (a) fl-Artikolu 3(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) impriża oħra li ma tkunx istituzzjoni tal-kreditu li twettaq xi waħda jew aktar mill-operazzjonijiet imsemmijin fil-punti 2 sa 12 u l-punti 14 sa 15 tal-Anness I mad-Direttiva 2006/48/KE, inklużi l-attivitajiet ta’ uffiċċji tal-kambju (bureaux de change);”;

(2) il-punt (d) fl-Artikolu 11(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d) flus elettroniċi, kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ( *1 ), fejn, jekk l-istrument ma jistax jiġi rikarigat, l-ammont massimu miżmum fl-istrument ma jkunx aktar minn EUR 250, jew fejn, jekk l-istrument jista’ jiġi rikarigat, ikun impost limitu ta’ EUR 2 500 fuq l-ammont totali tat-tranżazzjoni f’sena kalendarja, għajr meta ammont ta’ EUR 1 000 jew aktar jinfeda f’dik l-istess sema kalendarja fuq talba tad-detentur tal-flus elettroniċi skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2009/110/KE. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet tal-pagamenti nazzjonali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jżidu l-ammont ta’ EUR 250 msemmi f’dan il-punt sa limitu massimu ta’ EUR 500.

Artikolu 20 Emendament tad-Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 20

Emendament tad-Direttiva 2006/48/KE

Id-Direttiva 2006/48/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1) l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1) ‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser impriża li n-negozju tagħha huwa li tirċievi depositi jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku u li tikkonċedi krediti għaliha nnifisha;”;

(b) il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5) ‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser impriża apparti minn istituzzjoni ta’ kreditu, li l-attività ewlenija tagħha hija li takkwista holdings jew li twettaq xi waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fil-punti 2 sa 12 u 15 tal-Anness I.”.

(2) il-punt 15 li ġej huwa miżjud mal-Anness I:

“15. Il-ħruġ ta’ flus elettroniċi.”.

Artikolu 21 Tħassir

Artikolu 21

Tħassir

Id-Direttiva 2000/46/KE hija b’dan imħassra b’effett mit-30 ta’ April 2011, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(1) u (3) ta’ din id-Direttiva.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 22 Trażpożizzjoni

Artikolu 22

Trażpożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi ta’ dawk il-miżuri.

Huma ħandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-30 ta’ April 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 23 Dħul fis-seħħ

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 24 Indirizzati

Artikolu 24

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.


( 1 ) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE, 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

( 2 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

( *1 ) ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7”.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0110
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.