|
+Artikolu 18 Dispożizzjonijiet tranżitorji ---+Article 18 1. ---+Article 18 2. ---+Article 18 3. ---+Article 18 4. |
Artikolu 18 Dispożizzjonijiet tranżitorjiArtikolu 18 Dispożizzjonijiet tranżitorji 1. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-ħlas li jkunu bdew qabel it-30 ta’ April 2011, attivitajiet skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2000/46/KE fl-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju ewlieni, li jkomplu l-attivitajiet tagħhom f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor skont il-ftehimiet ta’ rikonoxximent reċiproku fid-Direttiva 2000/46/KE mingħajr ma tinħtieġ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, hew mingħajr ma jkun hemm ħtieġa ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva, jew imsemmijin fih. L-Istati Membri għandhom jesiġu minn dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li jissottomettu l-informazzjoni relevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn ikunu jistgħu jivvalutw, sat-30 ta’ Ottubru 2011, jekk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi ikunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jkun meħtieġ li jittieħdu sabiex tkun assigurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa. Istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkunu ottemperaw ruħhom għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru u għandhom jkunu meħtieġa li jottemperaw mar-rekwiżiti fit-Titolu II. Fejn l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi ma jikkonformawx mal-ħtiġiet stabbiliti f’din id-Direttiva sat-30 ta’ Ottubru 2011, għandhom ikunu pprojbiti milli jemettu flus elettroniċi. 2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandha tingħata awtomatikament l-awtorizzazzjoni u tiddaħħal fir-reġistru previst fl-Artikolu 3 jekk l-awtoritajiet kompetenti diġà jkollhom evidenza li l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3, 4 u 5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi inkwistjoni qabel tingħata l-awtorizzazzjoni. 3. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkunu bdew qabel it-30 ta’ April 2011 attivitajiet konformement mal-liġi nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/46/KE, li jkomplu l-attivitajiet tagħhom fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat skont id-Direttiva 2000/46/KE sat-30 ta’ April 2012, mingħajr ma tinħtieġ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva u mingħajr ma tkun meħtieġa konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Titolu II ta’ din id-Direttiva. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li, waqt dak il-perijodu, ma jkunu la ġew awtorizzati u lanqas mogħtija deroga fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu pprojbiti milli joħorġu flus elettroniċi. 4. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li, jkunu bdew iwettqu attivitajiet skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2007/64/KE fl-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħhom qabel it-13 ta’ Jannar 2018, biex ikomplu b’dawk l-attivitajiet f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkollhom għalfejn jiksbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jew jikkonformaw ma’ rekwiżiti oħra stipulati jew imsemmija fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva sat-13 ta’ Lulju 2018. L-Istati Membri għandhom jesiġu li istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jivvalutaw, sat-13 ta’ Lulju 2018, jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jeħtieġ jittieħdu sabiex tkun żgurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa. Istituzzjonijiet ta’ flus elettorniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu li wara verifika mill-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru. Meta dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettorniċi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II sat-13 ta’ Lulju 2018, dawn għandhom ikunu projbiti milli joħorġu flus elettroniċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|