3. L-Istati Membri għandhom jipposponu l-adozzjoni tal-miżuri nazzjonali għal sitt xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2.
Il-posponiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu m'għandux japplika f'każijiet fejn il-miżura nazzjonali jkollha l-għan li tindirizza theddida serja u preżenti ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu. F'dak il-każ, in-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun akkompanjata b’ġustifikazzjoni għaliex l-Istat Membru mhux ser jipposponi l-adozzjoni tagħha.