4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri jkollhom is-setgħa li jitolbu t-tneħħija ta' kwalunkwe persuna li tkun instabet ħatja ta' ħasil tal-flus, tar-reati predikati rilevanti tiegħu jew ta' finanzjament tat-terroriżmu mill maniġment superjuri tal-entitajiet marbutin b'obbligu kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri jkollhom is-setgħa li jneħħu jew jimponu projbizzjoni temporanja fuq membri tal-maniġment superjuri tal-entitajiet marbutin b'obbligu msemmija fil-paragrafu 1 li ma jkunux meqjusa bħala li jkunu ta' reputazzjoni tajba, li qed jaġixxu b'onestà u integrità jew li jkollhom l-għarfien u l-kompetenza esperta meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.