8. Sal-10 ta’ Lulju 2029, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar:
|
(a)
|
il-kriterji biex tivvaluta reputazzjoni tajba, onestà u integrità kif imsemmija fil-paragrafu 1;
|
|
(b)
|
il-kriterji biex tivvaluta għarfien u kompetenza esperta kif imsemmija fil-paragrafu 1;
|
|
(c)
|
l-applikazzjoni konsistenti mis-superviżuri tas-setgħa fdata lilhom skont dan l-Artikolu.
|
Meta tfassal il-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AMLA għandha tqis l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur li fih joperaw l-entitajiet marbutin b'obbligu.