6. Sal-10 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-format għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja kif imsemmi fl-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2024/1624 lir-reġistru ċentrali, inkluż lista ta' kontroll tar-rekwiżiti minimi biex l-informazzjoni tiġi eżaminata mill-entità responsabbli għar-reġistru ċentrali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 72(2) ta' din id-Direttiva.