3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jintalab aċċess għall-informazzjoni minn persuna li l-interess leġittimu tagħha li taċċessa l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f'waħda mill-kategoriji stipulati fl-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu, ikun diġà ġie vverifikat mir-reġistru ċentrali ta' Stat Membru ieħor, il-verifika tal-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu tkun issodisfata billi tinġabar prova tal-interess leġittimu maħruġ mir-reġistru ċentrali ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-proċedura stipulata fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-kategoriji addizzjonali identifikati minn Stati Membri oħra skont l-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu.