+Artikolu 13 Proċedura għall-verifika u r-rikonoxximent reċiproku ta' interess leġittimu biex tiġi aċċessata l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5
---+Artikolu 13 6
---+Artikolu 13 7
---+Artikolu 13 8
---+Artikolu 13 9
---+Artikolu 13 10
---+Artikolu 13 11
---+Artikolu 13 12
|
Artikolu 13 Proċedura għall-verifika u r-rikonoxximent reċiproku ta' interess leġittimu biex tiġi aċċessata l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet responsabbli għar-reġistri ċentrali kif imsemmija fl-Artikolu 10 jieħdu miżuri biex jivverifikaw l-eżistenza tal-interess leġittimu msemmi fl-Artikolu 12 abbażi ta' dokumenti, informazzjoni u data miksuba mill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tfittex aċċess għar-reġistru ċentrali (“applikant”) u, fejn meħtieġ, informazzjoni disponibbli għalihom skont l-Artikolu 12(3).
|
|
Artikolu 13 2
|
2. L-eżistenza ta' interess leġittimu għall-aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja għandha tiġi ddeterminata billi jitqiesu:
|
(a)
|
il-funzjoni jew l-okkupazzjoni tal-applikant; u
|
|
(b)
|
bl-eċċezzjoni tal-persuni msemmija fl-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), il-konnessjoni mal-entitajiet ġuridiċi jew l-arranġamenti ġuridiċi speċifiċi li tkun qed tintalab l-informazzjoni tagħhom.
|
|
|
Artikolu 13 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jintalab aċċess għall-informazzjoni minn persuna li l-interess leġittimu tagħha li taċċessa l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f'waħda mill-kategoriji stipulati fl-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu, ikun diġà ġie vverifikat mir-reġistru ċentrali ta' Stat Membru ieħor, il-verifika tal-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu tkun issodisfata billi tinġabar prova tal-interess leġittimu maħruġ mir-reġistru ċentrali ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-proċedura stipulata fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-kategoriji addizzjonali identifikati minn Stati Membri oħra skont l-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu.
|
|
Artikolu 13 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet responsabbli għal reġistri ċentrali jivverifikaw l-identità ta’ applikanti kull meta jaċċessaw ir-reġistri. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm biżżejjed proċessi disponibbli biex tiġi vverifikata l-identità tal-applikant, inkluż billi jippermettu l-użu ta' mezzi ta' identifikazzjoni elettronika u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati rilevanti kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39).
|
|
Artikolu 13 5
|
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri ċentrali jkollhom mekkaniżmi fis-seħħ li jippermettu aċċess ripetut lil persuni b'interess leġittimu li jaċċessaw l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja mingħajr il-ħtieġa li jiġu vvalutati l-funzjoni jew l-okkupazzjoni tagħhom kull meta jaċċessaw l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 13 6
|
6. Mill-10 ta’ Novembru 2026, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet responsabbli għarreġistri ċentrali jwettqu l-verifika msemmija fil-paragrafu 1 u jipprovdu tweġiba lill-applikant fi żmien 12-il jum tax-xogħol.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, f'każ ta' għadd kbir f'daqqa ta' talbiet għall-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja skont dan l-Artikolu, l-iskadenza biex tingħata tweġiba lill-applikant tista' tiġi estiża bi 12-il jum tax-xogħol. Jekk, wara li tkun skadiet l-estensjoni, l-għadd ta' talbiet li jidħlu jibqa' għoli, dik l-iskadenza tista' tiġi estiża bi 12-il jum tax-xogħol oħra.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fil-ħin dwar kwalunkwe estensjoni kif msemmija fit-tieni subparagrafu.
Meta l-entitajiet responsabbli għar-reġistri ċentrali jiddeċiedu li jagħtu aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, huma għandhom joħorġu ċertifikat li jagħti aċċess għal tliet snin. L-entitajiet responsabbli għar-reġistri ċentrali għandhom jirrispondu kwalunkwe talba sussegwenti għall-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja mill-istess persuna fi żmien sebat ijiem tax-xogħol.
|
|
Artikolu 13 7
|
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet responsabbli għar-reġistri għandhom jirrifjutaw biss talba għall-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-applikant ma jkunx ipprovda l-informazzjoni jew id-dokumenti meħtieġa skont il-paragrafu 1;
|
|
(b)
|
ma jkunx intwera interess leġittimu biex tiġi aċċessata l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja;
|
|
(c)
|
meta, abbażi tal-informazzjoni li jkollu, l-entità responsabbli għar-reġistru ċentrali jkollha raġuni valida biex taħseb li l-informazzjoni ma tkunx ser tintuża għall-finijiet li għalihom tkun intalbet jew li l-informazzjoni tkun ser tintuża għal finijiet li mhumiex marbuta mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tigħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(d)
|
tapplika waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15;
|
|
(e)
|
fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-interess leġittimu biex tiġi aċċessata l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja aċċettat mir-reġistru ċentrali ta' Stat Membru ieħor ma jestendix għall-finijiet li għalihom tintalab l-informazzjoni;
|
|
(f)
|
meta l-applikant ikun f'pajjiż terz u t-tweġiba għat-talba għall-aċċess għall-informazzjoni ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet responsabbli għar-reġistri ċentrali jqisu li jitolbu informazzjoni jew dokumenti addizzjonali mill-applikant qabel ma jirrifjutaw talba għall-aċċess għar-raġunijiet elenkati fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-ewwel subparagrafu. Meta l-entitajiet responsabbli għarreġistri ċentrali jitolbu informazzjoni addizzjonali, l-iskadenza ta' żmien biex tingħata tweġiba għandu jiġi estiż b'sebat ijiem tax-xogħol.
|
|
Artikolu 13 8
|
8. Meta l-entitajiet responsabbli għar-reġistri ċentrali jirrifjutaw li jipprovdu aċċess għall-informazzjoni skont il-paragrafu 7, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li dawn jinfurmaw lill-applikant bir-raġunijiet għar-rifjut u bid-dritt tiegħu għal rimedju. L-entità responsabbli għar-reġistru ċentrali għandha tiddokumenta l-passi meħuda biex tiġi vvalutata t-talba u biex tinkiseb informazzjoni addizzjonali skont il-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet responsabbli għar-reġistri ċentrali jkunu jistgħu jirrevokaw l-aċċess fejn kwalunkwe waħda mir-raġunijiet elenkati fil-paragrafu 7 tapplika jew issir magħrufa mill-entità responsabbli għar-reġistru ċentrali wara li jkun ingħata tali aċċess, inkluż, fejn rilevanti, abbażi ta' revoka minn reġistru ċentrali fi Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 13 9
|
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma jkollhom fis-seħħ rimedji ġudizzjarji jew amministrattivi biex jiġu kkontestati r-rifjut jew ir-revoka tal-aċċess skont il-paragrafu 7.
|
|
Artikolu 13 10
|
10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet responsabbli għar-reġistri ċentrali jkunu jistgħu jirrepetu l-verifika tal-funzjoni jew tal-okkupazzjoni identifikata skont il-paragrafu 2, il-punt (a) kull tant żmien u fi kwalunkwe każ mhux qabel 12-il xahar wara li jingħata l-aċċess, dment li l-entità responsabbli għar-reġistru ċentrali ma jkollhiex raġuni valida biex temmen li l-interess leġittimu ma jkunx għadu jeżisti.
|
|
Artikolu 13 11
|
11. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-persuni li jkunu ngħataw aċċess skont dan l-Artikolu jinnotifikaw lill-entità responsabbli għar-reġistru ċentrali bil-bidliet li jistgħu jwasslu għall-waqfien ta' interess leġittimu validu, inkluż bidliet li jikkonċernaw il-funzjoni jew l-okkupazzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 13 12
|
12. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħmlu l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja miżmuma fir-reġistri ċentrali tagħhom disponibbli għall-applikanti mal-ħlas ta’ tariffa, li għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż għall-iżgurar tal-kwalità tal-informazzjoni miżmuma f’dawk ir-reġistri u għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni. Dawk it-tariffi għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li ma jdgħajfux l-aċċess effettiv għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ċentrali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|