7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tkun disponibbli permezz ta’ BARIS. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li tkun biss l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 li tkun aġġornata u tikkorrispondi għall-kont bankarju u l-kont ta' pagament reali, inkluż IBAN virtwali, kont ta' titoli, kont tal-kriptoassi u kaxxa ta' depożitu sikur, li tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati nazzjonali tagħhom u permezz ta’ BARIS. L-aċċess għal dik l-informazzjoni għandu jingħata f'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.
L-informazzjoni l-oħra li l-Istati Membri jqisu bħala essenzjali għall-FIUs u għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra skont il-paragrafu 4 m'għandhiex tkun aċċessibbli permezz ta’ BARIS, u m'għandux ikun possibbli li jsir tiftix fiha.