+Artikolu 16 Reġistri tal-kontijiet bankarji u sistemi elettroniċi għall-irkupru tad-data
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
---+Artikolu 16 5
---+Artikolu 16 6
---+Artikolu 16 7
---+Artikolu 16 8
---+Artikolu 16 9
---+Artikolu 16 10
|
Artikolu 16 Reġistri tal-kontijiet bankarji u sistemi elettroniċi għall-irkupru tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati, bħal reġistri ċentrali jew sistemi elettroniċi ċentrali għall-irkupru tad-data, li jippermettu l-identifikazzjoni f'waqtha ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha jew li tikkontrolla kontijiet ta' pagament, jew kontijiet bankarji identifikati mill-IBAN, inkluż IBANs virtwali, kontijiet ta' titoli, kontijiet tal-kriptoassi u kaxxi ta' depożitu sikur miżmuma minn istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja fit-territorju tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-karatteristiċi ta' dawk il-mekkaniżmi nazzjonali kif ukoll bil-kriterji li skonthom l-informazzjoni ġiet inkluża f'dawk il-mekkaniżmi nazzjonali.
|
|
Artikolu 16 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni miżmuma fil-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati tkun direttament aċċessibbli b'mod immedjat u mhux iffiltrat għall-FIUs, kif ukoll għall-AMLA għall-finijiet ta' analiżijiet konġunti skont l-Artikolu 32 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2024/1620. L-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli wkoll f'waqtha għall-awtoritajiet superviżorji biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 16 3
|
3. L-informazzjoni li ġejja għandha tkun aċċessibbli u jista' jsir tiftix fiha permezz tal-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati:
|
(a)
|
għad-detenturi tal-kont tal-klijent u kwalunkwe persuna li tidher li qed taġixxi f'isem kont tal-klijent: l-isem, ikkomplementat mid-data l-oħra ta' identifikazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2024/1624 jew numru uniku ta' identifikazzjoni kif ukoll, fejn applikabbli, id-dati li fihom il-persuna li tidher li qed taġixxi f'isem il-klijent ikunu akkwistaw is-setgħa li taġixxi f'isem il-klijent u d-data li fiha ma kienx għad kellha din is-setgħa;
|
|
(b)
|
għas-sidien benefiċjarji tad-detenturi tal-kont tal-klijent: l-isem, ikkomplementat mid-data l-oħra ta' identifikazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2024/1624 jew numru uniku ta' identifikazzjoni kif ukoll id-dati li fiha il-persuna fiżika tkun saret u, fejn applikabbli, ma kinitx għadha s-sid benefiċjarju tad-detentur tal-kont tal-klijent;
|
|
(c)
|
għall-kontijiet bankarji jew kontijiet ta' pagament: in-numru tal-IBAN, jew fejn il-kont ta' pagament ma jkunx identifikat minn numru tal-IBAN, l-identifikatur uniku tal-kont, u d-data meta jinfetaħ u, fejn applikabbli, id-data li fiha ngħalaq il-kont;
|
|
(d)
|
għal IBAN virtwali maħruġin minn istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja: in-numru tal-IBAN virtwali, l-identifikatur uniku tal-kont li fih il-pagamenti indirizzati lill-IBAN virtwali jiġu awtomatikament ridirezzjonati, u d-dati meta jinfetaħ u jingħalaq il-kont;
|
|
(e)
|
għal kontijiet ta' titoli: l-identifikatur uniku tal-kont, u d-dati meta jinfetaħ u jingħalaq il-kont;
|
|
(f)
|
għal kontijiet tal-kriptoassi: l-identifikatur uniku tal-kont, u d-dati meta jinfetaħ u jingħalaq il-kont;
|
|
(g)
|
għal kaxxi ta' depożitu sikur: l-isem tal-lokatarju kkomplementat jew mid-data l-oħra ta' identifikazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2024/1624, jew numru uniku ta' identifikazzjoni u d-data li fiha bdiet il-lokazzjoni u, fejn applikabbli, id-data li fiha ntemmet.
|
Fil-każ ta’ IBAN virtwali, id-detentur ta’ kont tal-klijent kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandu jkun id-detentur tal-kont li fih il-pagamenti indirizzati lill-IBAN virtwali jiġu ridirezzjonati awtomatikament.
Għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-isem għandu jinkludi għall-persuni fiżiċi, l-isem ġuridiku sħiħ, u għal persuni ġuridiċi, arranġamenti ġuridiċi jew organizzazzjonijiet oħra b'kapaċità ġuridika, l-isem li bih jiġu rreġistrati.
|
|
Artikolu 16 4
|
4. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-format għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni lill-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
|
|
Artikolu 16 5
|
5. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li informazzjoni oħra li titqies bħala essenzjali għall-FIUs, għall-AMLA għall-finijiet ta' analiżijiet konġunti skont l-Artikolu 32 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2024/1620 u għall-awtoritajiet superviżorji biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, tkun aċċessibbli u jista' jsir tiftix fiha permezz tal-mekkaniżmi awtomatizzati ċentrali.
|
|
Artikolu 16 6
|
6. Il-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati għandhom ikunu interkonnessi permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri tal-kontjiet bankarji (“BARIS”) li għandha tiġi żviluppata u mħaddma mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura tali interkonnessjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri sal-10 ta’ Lulju 2029.
Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri għall-konnessjoni tal-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati tal-Istati Membri ma’ BARIS. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).
|
|
Artikolu 16 7
|
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tkun disponibbli permezz ta’ BARIS. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li tkun biss l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 li tkun aġġornata u tikkorrispondi għall-kont bankarju u l-kont ta' pagament reali, inkluż IBAN virtwali, kont ta' titoli, kont tal-kriptoassi u kaxxa ta' depożitu sikur, li tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati nazzjonali tagħhom u permezz ta’ BARIS. L-aċċess għal dik l-informazzjoni għandu jingħata f'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.
L-informazzjoni l-oħra li l-Istati Membri jqisu bħala essenzjali għall-FIUs u għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra skont il-paragrafu 4 m'għandhiex tkun aċċessibbli permezz ta’ BARIS, u m'għandux ikun possibbli li jsir tiftix fiha.
|
|
Artikolu 16 8
|
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar id-detenturi ta' kontijiet bankarji jew kontijiet ta' pagament, inkluż IBANs virtwali, kontijiet ta' titoli, kontijiet tal-kriptoassi u kaxxi ta' depożitu sikur, tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati nazzjonali tagħhom u permezz ta’ BARIS matul perjodu ta' ħames snin wara li jingħalaq il-kont.
Mingħajr preġudizzju għad-dritt kriminali nazzjonali dwar l-evidenza applikabbli għall-investigazzjonijiet kriminali u l-proċedimenti legali li jkunu għaddejjin, l-Istati Membri jistgħu, f’każijiet ġustifikati, jippermettu li tali informazzjoni tinżamm, jew jeħtieġu li tali informazzjoni tinżamm għal perjodu addizzjonali ta’ massimu 5 snin, meta l-Istat Membri jkunu stabbilixxew li tali żamma tkun neċessarja u proporzjonata għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu suspettati.
|
|
Artikolu 16 9
|
9. L-FIUs u, għall-finijiet tal-analiżijiet konġunti skont l-Artikolu 32 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2024/1620, l-AMLA għandhom jingħataw aċċess immedjat u mhux iffiltrat għall-informazzjoni dwar il-kontijiet ta' pagament u l-kontijiet bankarji identifikati b’IBAN, inkluż IBAN virtwali,, kontijiet ta' titoli, kontijiet tal-kriptoassi u kaxxi ta' depożitu sikur fi Stati Membri oħra disponibbli permezz ta’ BARIS. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jingħataw aċċess f'waqtu għall-informazzjoni disponibbli permezz ta’ BARIS. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni sabiex jimplimentaw dan il-paragrafu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-FIUs u tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkollhom aċċess għal BARIS iżommu standards professjonali għoljin ta' kunfidenzjalità u ta' protezzjoni tad-data, li jkunu ta' integrità kbira u li jkollhom il-ħiliet xierqa.
Ir-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu għandhom japplikaw ukoll għall- AMLA fil-kuntest ta' analiżijiet konġunti u meta taġixxi bħala superviżur.
|
|
Artikolu 16 10
|
10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti miżuri tekniċi u organizzazzjonali biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data skont standards teknoloġiċi għoljin għall-finijiet tal-eżerċizzju min-naħa tal-FIUs u tal-awtoritajiet superviżorji tas-setgħa li jaċċessaw u jfittxu fl-informazzjoni disponibbli permezz ta’ BARIS f'konformità mal-paragrafi 5 u 6.
Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw ukoll għall-AMLA fil-kuntest ta' analiżijiet konġunti u meta taġixxi bħala superviżur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|