1. Għandha tiġi stabbilita sistema għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-FIUs ta’ Stati Membri (FIU.net). FIU.net għandha tiżgura l-komunikazzjoni sikura u l-iskambju ta' informazzjoni u għandha tkun kapaċi tipproduċi rekord bil-miktub tal-attivitajiet ta’ proċessar kollha. FIU.net tista' tintuża wkoll għall-komunikazzjonijiet mal-kontropartijiet tal-FIUs f'pajjiżi terzi u ma' awtoritajiet u korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni. L-FIU.net għandha tiġi ġestita mill-AMLA.
FIU.net għandha tintuża għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-FIUs u l-AMLA għallfini ta’ analiżi konġunta skont l-Artikolu 32 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2024/1620.