+Artikolu 30 Mezzi ta' komunikazzjoni protetti
---+Artikolu 30 1
---+Artikolu 30 2
---+Artikolu 30 3
---+Artikolu 30 4
---+Artikolu 30 5
|
Artikolu 30 Mezzi ta' komunikazzjoni protetti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1
|
1. Għandha tiġi stabbilita sistema għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-FIUs ta’ Stati Membri (FIU.net). FIU.net għandha tiżgura l-komunikazzjoni sikura u l-iskambju ta' informazzjoni u għandha tkun kapaċi tipproduċi rekord bil-miktub tal-attivitajiet ta’ proċessar kollha. FIU.net tista' tintuża wkoll għall-komunikazzjonijiet mal-kontropartijiet tal-FIUs f'pajjiżi terzi u ma' awtoritajiet u korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni. L-FIU.net għandha tiġi ġestita mill-AMLA.
FIU.net għandha tintuża għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-FIUs u l-AMLA għallfini ta’ analiżi konġunta skont l-Artikolu 32 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2024/1620.
|
|
Artikolu 30 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs jiskambjaw informazzjoni skont l-Artikolu 31 u 32 bl-użu ta’ FIU.net. Fil-każ ta' ħsara teknika fi FIU.net, l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa b'xi mezz xieraq ieħor li jiżgura livell għoli ta' sigurtà tad-data u ta' protezzjoni tad-data.
L-iskambji ta' informazzjoni bejn l-FIUs u l-kontropartijiet tagħhom f'pajjiżi terzi li mhumiex konnessi ma’ FIU.net għandhom isiru permezz ta' kanali ta' komunikazzjoni protetti.
|
|
Artikolu 30 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom kif stabbiliti f'din id-Direttiva, l-FIUs jikkooperaw kemm jista' jkun fl-applikazzjoni ta' teknoloġiji tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-FIUs jikkooperaw kemm jista' jkun fl-applikazzjoni ta' soluzzjonijiet żviluppati u ġestiti mill-AMLA f'konformità mal-Artikolu 5(5), il-punt (i), l-Artikolu 45(1), il-punt (d) u l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2024/1620.
|
|
Artikolu 30 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs ikunu jistgħu jużaw il-funzjonalitajiet tal-FIU.net biex iqabblu trasversalment, fuq bażi ta' hit/no-hit, id-data li jagħmlu disponibbli fuq FIU.net, mad-data magħmula disponibbli fuq dik is-sistema minn FIUs oħra u korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni sa fejn tali tqabbil trasversali jaqa' fil-mandati rispettivi ta' dawk il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 30 5
|
5. L-AMLA tista' tissospendi l-aċċess ta' FIU jew kontroparti f'pajjiż terz jew korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni għal FIU.net meta jkollha raġunijiet biex temmen li tali aċċess jipperikola l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu u s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miżmuma mill-FIUs u skambjata permezz ta’ FIU.net, inkluż meta jkun hemm tħassib fir-rigward tal-indipendenza u tal-awtonomija tal-FIU.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|