2. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji u tippreżentah lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għandu jistabbilixxi l-parametri referenzjarji u l-metodoloġija għall-valutazzjoni u għall-klassifikazzjoni tal-profil tar-riskju inerenti u residwu tal-entitajiet marbutin b'obbligu, kif ukoll il-frekwenza li biha tali profil tar-riskju għandu jiġi rivedut. Tali frekwenza għandha tqis kwalunkwe avveniment jew żvilupp maġġuri fil-ġestjoni u fl-operazzjonijiet tal-entità marbuta b'obbligu, kif ukoll in-natura u d-daqs tan-negozju.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) 2024/1620.