+Artikolu 40 Superviżjoni bbażata fuq ir-riskju
---+Artikolu 40 1
---+Artikolu 40 2
---+Artikolu 40 3
---+Artikolu 40 4
---+Artikolu 40 5
|
Artikolu 40 Superviżjoni bbażata fuq ir-riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 40 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri japplikaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a)
|
jifhmu biċ-ċar ir-riskji ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu preżenti fl-Istati Membri tagħhom;
|
|
(b)
|
jivvalutaw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-riskji nazzjonali u internazzjonali speċifiċi assoċjati mal-klijenti, mal-prodotti u mas-servizzi tal-entitajiet marbutin b'obbligu;
|
|
(c)
|
jibbażaw il-frekwenza u l-intensità tas-superviżjoni fuq il-post, mhux fuq il-post u tematika fuq il-profil tar-riskju tal-entitajiet marbutin b'obbligu, u fuq ir-riskji ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu f'dak l-Istat Membru.
|
Għall-għanijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, is-superviżuri għandhom ifasslu programmi ta' superviżjoni annwali, li għandhom iqisu ż-żmien u r-riżorsi meħtieġa biex jirreaġixxu fil-pront fil-każ ta' indikazzjonijiet oġġettivi u sinifikanti ta' ksur tar- Regolamenti (UE) 2024/1624 u (UE) 2023/1113.
|
|
Artikolu 40 2
|
2. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji u tippreżentah lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għandu jistabbilixxi l-parametri referenzjarji u l-metodoloġija għall-valutazzjoni u għall-klassifikazzjoni tal-profil tar-riskju inerenti u residwu tal-entitajiet marbutin b'obbligu, kif ukoll il-frekwenza li biha tali profil tar-riskju għandu jiġi rivedut. Tali frekwenza għandha tqis kwalunkwe avveniment jew żvilupp maġġuri fil-ġestjoni u fl-operazzjonijiet tal-entità marbuta b'obbligu, kif ukoll in-natura u d-daqs tan-negozju.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) 2024/1620.
|
|
Artikolu 40 3
|
3. Sal-10 ta’ Lulju 2028, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-FIU dwar:
|
(a)
|
il-karatteristiċi ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni;
|
|
(b)
|
il-miżuri li għandhom jiġu stabbiliti fi ħdan is-superviżuri biex tiġi żgurata superviżjoni adegwata u effettiva, inkluż biex iħarrġu l-persunal tagħhom;
|
|
(c)
|
il-passi li għandhom jittieħdu meta titwettaq superviżjoni fuq bażi ta' sensittività għar-riskju.
|
Fejn rilevanti, il-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iqisu l-eżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa skont l-Artikoli 30 u 35 tar-Regolament (UE) 2024/1620.
|
|
Artikolu 40 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri jqisu l-livell ta' diskrezzjoni permess lill-entità marbuta b'obbligu, u jirrieżaminaw adegwatament il-valutazzjonijiet tar-riskju abbażi ta' din id-diskrezzjoni, u l-adegwatezza tal-politiki, tal-kontrolli u tal-proċeduri interni tagħha.
|
|
Artikolu 40 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri jħejju rapport ta' attività annwali dettaljat u li jsir pubbliku sommarju ta' dak ir-rapport. Dak is-sommarju ma għandux ikun fih informazzjoni kunfidenzjali u għandu jinkludi:
|
(a)
|
il-kategoriji ta' entitajiet marbutin b'obbligu taħt is-superviżjoni u l-għadd ta' entitajiet marbutin b'obbligu għal kull kategorija;
|
|
(b)
|
deskrizzjoni tas-setgħat li bihom is-superviżuri huma fdati u l-kompiti assenjati lilhom u, fejn rilevanti, tal- mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 37(4) li jipparteċipaw fihom u, għas-superviżur ewlieni, sommarju tal-attivitajiet ta' koordinazzjoni mwettqa;
|
|
(c)
|
ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet superviżorji mwettqa.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|