3. Sal-10 ta’ Lulju 2028, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-FIU dwar:
|
(a)
|
il-karatteristiċi ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni;
|
|
(b)
|
il-miżuri li għandhom jiġu stabbiliti fi ħdan is-superviżuri biex tiġi żgurata superviżjoni adegwata u effettiva, inkluż biex iħarrġu l-persunal tagħhom;
|
|
(c)
|
il-passi li għandhom jittieħdu meta titwettaq superviżjoni fuq bażi ta' sensittività għar-riskju.
|
Fejn rilevanti, il-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iqisu l-eżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa skont l-Artikoli 30 u 35 tar-Regolament (UE) 2024/1620.