1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljari jinfurmaw lis-superviżuri tal-Istat Membru ospitanti malajr kemm jista' jkun, u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu notifika skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2024/1624 dwar l-attivitajiet li l-entità marbuta b'obbligu jkun beħsiebha twettaq fl-Istat Membru ospitanti.
Kwalunkwe bidla sussegwenti nnotifikata lis-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljari skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2024/1624 għandha tiġi nnotifikata lis-superviżuri tal-Istat Membru ospitanti malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta jirċevuha.