9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kulleġġi jintużaw, fost l-oħrajn, biex jiskambjaw informazzjoni, jagħtu għajnuna reċiproka jew jikkoordinaw l-approċċ superviżorju għall-grupp jew l-istituzzjoni, inkluż, fejn rilevanti, it-teħid ta' miżuri xierqa u proporzjonali biex jindirizzaw ksur serju tar-Regolamenti (UE) 2024/1624 u (UE) 2023/1113 li jinkixef fil-livell tal-grupp jew tal-istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja jew fl-istabbilimenti stabbiliti mill-grupp jew l-istituzzjoni fil-ġuriżdizzjoni tas-superviżur li jkun jipparteċipa fil-kulleġġ.