13. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji u tippreżentah lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji għandhom jispeċifikaw:
|
(a)
|
il-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT fis-settur mhux finanzjarju, inkluż it-termini tal-kooperazzjoni bejn il-membri permanenti u mal-osservaturi, u l-funzjonament operazzjonali ta' tali kulleġġi;
|
|
(b)
|
il-mudell għall-ftehim bil-miktub li għandu jiġi ffirmat mis-superviżuri mhux finanzjarji skont il-paragrafu 7;
|
|
(c)
|
il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' superviżuri mhux finanzjarji f'pajjiżi terzi;
|
|
(d)
|
kwalunkwe miżura addizzjonali li għandha tiġi implimentata mill-kulleġġi meta l-gruppi jinkludu istituzzjonijiet ta' kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji.
|
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) 2024/1620.