2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, is-sanzjonijiet pekunarji massimi li jistgħu jiġu imposti jammontaw għal mill-inqas id-doppju tal-ammont tal-benefiċċju derivat mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista' jiġi ddeterminat, jew mill-inqas EUR 1 000 000, skont liema tkun l-ogħla.
Għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-9 ta’ Lulju 2024.