1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri tagħhom u, fejn rilevanti, l-awtorità pubblika li tissorvelja l-korpi ta' awtoregolamentazzjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom, jinformaw lill-AMLA bis-sanzjonijiet pekunarji imposti u bil-miżuri amministrattivi kollha applikati f'konformità ma' din it-Taqsima, inkluż bi kwalunkwe appell fir-rigward tagħhom u l-eżitu tagħhom. Tali informazzjoni għandha tiġi kondiviża wkoll ma' superviżuri oħra meta s-sanzjoni pekunjarja jew il-miżura amministrattiva tikkonċerna entità li topera f'żewġ Stati Membri jew aktar.