+Artikolu 60 Rappurtar ta' ksur u protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw
---+Artikolu 60 1
---+Artikolu 60 2
---+Artikolu 60 3
---+Artikolu 60 4
|
Artikolu 60 Rappurtar ta' ksur u protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1
|
1. Id-Direttiva (UE) 2019/1937 għandha tapplika għar-rappurtar ta' ksur tar-Regolamenti (UE) 2024/1624 u (UE) 2023/1113 u ta' din id-Direttiva, u għall-protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw tali ksur u tal-persuni kkonċernati minn dawk ir-rapporti.
|
|
Artikolu 60 2
|
2. L-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu l-awtoritajiet bil-kompetenza li jistabbilixxu kanali ta' rapportar esterni u li jsegwu r-rapporti sa fejn huma kkonċernati r-rekwiżiti applikabbli għall-entitajiet marbutin b'obbligu, f'konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1937.
|
|
Artikolu 60 3
|
3. L-awtoritajiet pubbliċi li jissorveljaw il-korpi ta’ awtorgolamentazzjoni msemmija fl-Artikolu 52 għandhom ikunu l-awtoritajiet kompetenti li jistabbilixxu kanali ta' rapportar esterni u li jsegwu rapporti minn korpi ta' awtoregolamentazzjoni u l-persunal tagħhom sa fejn huma kkonċernati r-rekwiżiti applikabbli għall-korpi ta' awtoregolamentazzjoni fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet superviżorji.
|
|
Artikolu 60 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq bażi annwali, l-awtoritajiet superviżorji fis-settur mhux finanzjarju jagħmlu rapport lill-AMLA dwar li ġej:
|
(a)
|
l-għadd ta' rapporti li jkunu waslu skont il-paragrafu 1 u informazzjoni dwar is-sehem ta' rapporti li kienu jew li huma fil-proċess li jiġu segwiti, inkluż jekk ingħalqux jew għadhomx miftuħa, u tar-rapporti li ġew rifjutati;
|
|
(b)
|
it-tipi ta' irregolaritajiet irrappurtati;
|
|
(c)
|
meta r-rapporti jkunu ġew segwiti, deskrizzjoni tal-azzjonijiet meħuda mis-superviżur u, għal rapporti li jkunu għadhom miftuħa, l-azzjonijiet li s-superviżur beħsiebu li jieħu;
|
|
(d)
|
meta r-rapporti jkunu rifjutati, ir-raġunijiet għar-rifjut tagħhom.
|
Ir-rapporti annwali kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandu jkun fih l-ebda informazzjoni dwar l-identità jew l-okkupazzjoni tal-persuni li jirrapportaw, jew kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' twassal għall-identifikazzjoni tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|