1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri finanzjarji, l-FIUs, u l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji skont atti legali oħra tal-Unjoni, jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom u jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom. Tali kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni ma għandhomx jaffettwaw inkjesta, analiżi FIU, investigazzjoni jew proċedimenti li jkunu għaddejjin f'konformità mad-dritt kriminali jew amministrattiv tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit is-superviżur finanzjarju jew l-awtorità fdati b'kompetenzi għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji skont atti legali oħra u ma għandhomx jaffettwaw ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali kif previst fl-Artikolu 67(1).