1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għas-superviżuri u għall-awtoritajiet pubbliċi msemmija fl-Artikolu 52, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f'isem dawk is-superviżuri jew l-awtoritajiet ikunu marbuta bl-obbligi tas-segretezza professjonali.
Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti minn investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kriminali skont id-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali u l-informazzjoni pprovduta lil FIUs skont l-Artikoli 42 u 43, l-informazzjoni kunfidenzjali li l-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu jirċievu waqt il-qadi ta' dmirijiethom skont din id-Direttiva tista' tiġi żvelata biss f'forma sommarja jew aggregata, b'mod l-entitajiet marbutin b'obbligu individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.