+Artikolu 67 Rekwiżiti tas-segretezza professjonali
---+Artikolu 67 1
---+Artikolu 67 2
---+Artikolu 67 3
|
Artikolu 67 Rekwiżiti tas-segretezza professjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għas-superviżuri u għall-awtoritajiet pubbliċi msemmija fl-Artikolu 52, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f'isem dawk is-superviżuri jew l-awtoritajiet ikunu marbuta bl-obbligi tas-segretezza professjonali.
Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti minn investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kriminali skont id-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali u l-informazzjoni pprovduta lil FIUs skont l-Artikoli 42 u 43, l-informazzjoni kunfidenzjali li l-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu jirċievu waqt il-qadi ta' dmirijiethom skont din id-Direttiva tista' tiġi żvelata biss f'forma sommarja jew aggregata, b'mod l-entitajiet marbutin b'obbligu individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.
|
|
Artikolu 67 2
|
2. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jimpedixxi l-iskambju ta' informazzjoni bejn:
|
(a)
|
is-superviżuri, kemm jekk fi Stat Membru jew fi Stati Membri differenti, inkluż l-AMLA meta taġixxi bħala superviżur jew l-awtoritajiet pubbliċi kif imsemmija fl-Artikolu 52 ta’ din id-Direttiva;
|
|
(b)
|
is-superviżuri kif ukoll l-awtoritajiet pubbliċi msemmija fl-Artikolu 52 ta’ din id-Direttiva u l-FIUs;
|
|
(c)
|
is-superviżuri kif ukoll l-awtoritajiet pubbliċi msemmija fl-Artikolu 52 ta’ din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (44)(c) u (d) tar-Regolament (UE) 2024/1624;
|
|
(d)
|
is-superviżuri finanzjarji u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni relatati mas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż il-BĊE li jaġixxi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, kemm jekk fi Stat Membru kif ukoll fi Stati Membri differenti.
|
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-iskambju ta' informazzjoni għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali previsti fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 67 3
|
3. Kwalunkwe awtorità jew korp ta' awtoregolamentazzjoni li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont il-paragrafu 2 għandhom jużaw din l-informazzjoni unikament:
|
(a)
|
fil-qadi ta' dmirijiethom skont din id-Direttiva jew skont atti legalioħra tal-Unjoni fil-qasam tal-AML/CFT, tar-regolamentazzjoni prudenzjali u tas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż is-sanzjonar;
|
|
(b)
|
f'appell kontra deċiżjoni tal-awtorità jew tal-korp ta' awtoregolamentazzjoni, inkluż fi proċedimenti ġudizzjarji;
|
|
(c)
|
fi proċedimenti ġudizzjarji li jkunu nbdew skont dispożizzjonijiet speċjali previsti fid-dritt tal-Unjoni, adottati fil-qasam ta' din id-Direttiva jew fil-qasam tar-regolamentazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|