1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-10 ta’ Lulju 2027. Huma għandhon jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 74 sal-10 ta’ Lulju 2025, bl-Artikoli 11, 12, 13 u 15 sal-10 ta’ Lulju 2026 u mal-Artikolu 18 sal-10 ta’ Lulju 2029. Huma għandhon jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija f’dan il-paragrafu, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.