+Artikolu 3 1

Artikolu 3 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tkun intenzjonali u tikser projbizzjoni jew obbligu li jikkostitwixxu miżura restrittiva tal-Unjoni jew li tkun stabbilita f’dispożizzjoni nazzjonali li timplimenta miżura restrittiva tal-Unjoni, fejn hija meħtieġa l-implimentazzjoni nazzjonali, l-imġiba li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali:

(a)

li fondi jew riżorsi ekonomiċi jitpoġġew direttament jew indirettament għad-dispożizzjoni, jew għall-benefiċċju ta’, persuna, entità jew korp deżinjati bi ksur ta’ projbizzjoni li tikkostitwixxi miżura restrittiva tal-Unjoni;

(b)

in-nuqqas ta’ ffriżar ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lil persuna, entità jew korp deżinjati, jew li huma proprjetà tagħhom, miżmuma jew ikkontrollati minnhom bi ksur ta’ obbligu li jikkostitwixxi miżura restrittiva tal-Unjoni;

(c)

li jiġi permess id-dħul jew it-tranżitu ta’ persuni fiżiċi deżinjati fit-territorju ta’ Stat Membru, bi ksur ta’ projbizzjoni li tikkostitwixxi miżura restrittiva tal-Unjoni;

(d)

id-dħul fi tranżazzjonijiet jew it-tkomplija tagħhom ma’ Stat terz, ma’ korpi ta’ Stat terz jew ma’ entitajiet jew korpi li huma proprjetà diretta jew indiretta ta’ Stat terz jew ta’ korpi ta’ Stat terz jew ma’ entitajiet jew korpi li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn Stat terz, jew minn korpi ta’ Stat terz, inkluż l-għoti jew it-tkomplija tat-twettiq ta’ kuntratti pubbliċi jew kuntratti ta’ konċessjoni, fejn il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ta’ dik l-imġiba tikkostitwixxi miżura restrittiva tal-Unjoni;

(e)

in-negozjar, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, ix-xiri, it-trasferiment, it-tranżitu jew it-trasport ta’ oġġetti, kif ukoll il-forniment ta’ servizzi ta’ senserija, assistenza teknika jew servizzi oħra relatati ma’ dawk l-oġġetti, fejn il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ta’ dik l-imġiba tikkostitwixxi miżura restrittiva tal-Unjoni;

(f)

il-forniment ta’ servizzi finanzjarji jew it-twettiq ta’ attivitajiet finanzjarji, fejn il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ta’ dik l-imġiba tikkostitwixxi miżura restrittiva tal-Unjoni;

(g)

il-forniment ta’ servizzi għajr dawk imsemmija fil-punt (f), fejn il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ta’ dik l-imġiba tikkostitwixxi miżura restrittiva tal-Unjoni;

(h)

iċ-ċirkomvenzjoni ta’ miżura restrittiva tal-Unjoni permezz ta’:

(i)

l-użu, it-trasferiment lil parti terza, jew iċ-ċessjoni b’xi mod ieħor, ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma proprjetà diretta jew indiretta ta’ persuna, entità jew korp deżinjati, jew li huma miżmuma jew ikkontrollati direttament jew indirettament minnhom, li għandhom jiġu ffriżati skont miżura restrittiva tal-Unjoni, sabiex jinħbew dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi;

(ii)

il-forniment ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa biex jinħeba l-fatt li persuna, entità jew korp deżinjati huma s-sid jew il-benefiċjarju aħħari ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi li għandhom jiġu ffriżati skont miżura restrittiva tal-Unjoni;

(iii)

in-nuqqas ta’ konformità minn persuna fiżika deżinjata, jew minn rappreżentant ta’ entità jew korp deżinjati ma’ obbligu li jikkostitwixxi miżura restrittiva tal-Unjoni sabiex jirrapportaw lill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, li jappartjenu lilhom, li huma proprjetà tagħhom, jew li huma miżmuma jew ikkontrollati minnhom;

(iv)

in-nuqqas ta’ konformità ma’ obbligu li jikkostitwixxi miżura restrittiva tal-Unjoni li tingħata lill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti informazzjoni dwar fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew informazzjoni miżmuma dwar fondi u riżorsi ekonomiċi fit-territorju tal-Istati Membri, li jappartjenu għal persuni, entitajiet jew korpi deżinjati, jew li huma proprjetà tagħhom jew li huma miżmuma jew ikkontrollati minnhom u li ma ġewx iffriżati, meta tali niformazzjoni tkun inkisbet fit-twettiq ta’ dmir professjonali;

(i)

il-ksur jew in-nuqqas li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet skont awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti biex jitwettqu attivitajiet, li fin-nuqqas ta’ tali awtorizzazzjoni huma ksur ta’ projbizzjoni jew restrizzjoni li tikkostitwixxi miżura restrittiva tal-Unjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1226
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.