+Artikolu 5 Penali għal persuni fiżiċi
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5

Artikolu 5 Penali għal persuni fiżiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 4 jkunu punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 5 2

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reat kriminali msemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli b’piena massima ta’ priġunerija.

Artikolu 5 3

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

(a)

ir-reati kriminali koperti mill-Artikolu 3(1), il-punti (h)(iii) u (iv), ikunu punibbli b’terminu ta’ priġunerijamassimu ta’ mill-inqas sena meta dawk ir-reati kriminali jinvolvu fondi jew riżorsi ekonomiċi ta’ valur ta’ mill-inqas EUR 100 000 fid-data li fiha jitwettaq ir-reat;

(b)

ir-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (a), (b) u fil-punt (h)(i) u (ii), ikunu punibbli b’terminu ta’ priġunerija massimu ta’ mill-inqas ħames snin meta dawk ir-reati kriminali jinvolvu fondi jew riżorsi ekonomiċi ta’ valur ta’ mill-inqas EUR 100 000 fid-data li fiha jitwettaq ir-reat;

(c)

ir-reat kriminali kopert mill-Artikoli 3, il-punt (c), ikun punibbli b’terminu ta’ priġuinerija massimu ta’ mill-inqas tliet snin.

(d)

ir-reati kriminali koperti mill-Artikolu 3(1), il-punti (d) sa (g), u l-punt (i), ikunu punibbli b’terminu ta’ priġunerija massimu ta’ mill-inqas ħames snin meta dawk ir-reati kriminali jinvolvu oġġetti, servizzi, tranżazzjonijiet jew attivitajiet ta’ valur ta’ mill-inqas EUR 100 000 fid-data li fiha jitwettaq ir-reat;

(e)

meta r-reat kriminali kopert mill-Artikolu 3(1), il-punt (e), jinvolvi oġġetti inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea jew oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Annessi I u IV għar-Regolament (UE) 2021/821, tali reat kriminali jkun punibbli b’terminu ta’ priġunerija massimu ta’ mill-inqas ħames snin irrispettivament mill-valur tal-oġġetti involuti.

Artikolu 5 4

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-limitu ta’ EUR 100 000 jew aktar jista’ jintlaħaq permezz ta’ serje ta’ reati koperti mill-Artikolu 3(1), il-punti (a), (b) u (d) sa (i), li jkunu marbuta u tal-istess tip, meta dawk ir-reati jitwettqu mill-istess trasgressur.

Artikolu 5 5

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jkunu wettqu r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jistgħu jkunu soġġetti għal pieni jew miżuri kriminali jew mhux kriminali aċċessorji li jistgħu jinkludu dan li ġej:

(a)

multi li jkunu proporzjonati għall-gravità tal-imġiba u għaċ-ċirkostanzi individwali, finanzjarji u oħrajn tal-persuna fiżika kkonċernata;

(b)

l-irtirar ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet għall-eżerċitar ta’ attivitajiet li rriżultaw fir-reat kriminali rilevanti;

(c)

skwalifika mill-eżerċitar, fi ħdan persuna ġuridika, ta’ pożizzjoni ta’ tmexxija tal-istess tip użat għat-twettiq tar-reat kriminali;

(d)

projbizzjonijiet temporanji fuq il-kandidatura għal kariga pubblika;

(e)

meta jkun hemm interess pubbliku, wara valutazzjoni għal kull każ speċifiku, il-pubblikazzjoni tat-totalità jew ta’ parti tad-deċiżjoni ġudizzjarja relatata mar-reat kriminali mwettaq u l-pieni jew il-miżuri imposti, li tista’ tinkludi d-data personali tal-persuni kkundannati f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati biss.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1226
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.