1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 meta tali reati jkunu twettqu għall-benefiċċju ta’ dawk il-persuni ġuridiċi minn kwalunkwe persuna li jew taġixxi individwalment jew bħala parti minn korp ta’ dik il-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, abbażi ta’:
|
(a)
|
setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;
|
|
(b)
|
awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika; jew
|
|
(c)
|
awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.
|