2. Il-Kummissjoni, sal-20 ta’ Mejju 2030, għandha twettaq evalwazzjoni tal-impatt u l-effettività ta’ din id-Direttiva, filwaqt li tqis id-data statistika annwali pprovduta mill-Istati Membri, tindirizza l-ħtieġa li tiġi aġġornata l-lista ta’ reati kriminali relatati mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport. Fejn ikun meħtieġ, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.