|
+Artikolu 1 3. |
Artikolu 1 3.►M8 Il-miżuri ta’ koordinazzjoni stabbiliti mill-Artikoli 19a, 29a, 29d, 30 u 33, il-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1), l-Artikolu 34(2) u (3), u l-Artikolu 51 ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għal-liġijiet, għar-regolamenti u għad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati mal-impriżi li ġejjin irrispettivament mill-forma legali tagħhom, dment li dawk l-impriżi jkunu impriżi li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom, jaqbżu fatturat nett ta’ EUR 450 000 000 u għadd medju ta’ 1 000 impjegat matul is-sena finanzjarja: ◄
(a)
impriżi tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE ( 1 )
(b)
istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-miżuri ta’ koordinazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-impriżi elenkati fil-punti (2) sa (23) tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|