+Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 1a.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.

Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.

Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti f’din id-Direttiva għandhom japplikaw għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tat-tipi ta’ kumpanniji elenkati:

(a) 

fl-Anness I;

(b) 

fl-Anness II, fejn il-membri kollha diretti jew indiretti tal-impriża li jkollhom responsabilità illimitata, fil-fatt, għandhom responsabbiltà limitata, minħabba li dawk il-membri li huma:

(i) 

tat-tipi elenkati fl-Anness I jew

(ii) 

mhumiex irregolati bil-liġi ta' Stat Membru iżda li għandhom forma legali komparabbli għal dawk elenkati fl-Anness I.

Artikolu 1 1a.
Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti mill-Artikoli 48a sa 48e u mill-Artikolu 51 għandhom japplikaw ukoll għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati ma’ fergħat miftuħa fi Stat Membru minn impriża li ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru iżda li tkun ta’ forma ġuridika komparabbli mat-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness I. L-Artikolu 2 għandu japplika fir-rigward ta’ dawk il-fergħat sa fejn l-Artikoli 48a sa 48e u l-Artikolu 51 huma applikabbli għal tali fergħat.
Artikolu 1 2.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni f'perijodu ta' żmien raġonevoli bil-bidliet fit-tipi ta' impriżi fil-liġi nazzjonali tagħhom li jistgħu jaffettwaw il-korrettezza tal-Anness I jew l-Anness II. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadatta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 49, il-listi ta’ impriżi inklużi fl-Anness I u II.
Artikolu 1 3.

►M8  Il-miżuri ta’ koordinazzjoni stabbiliti mill-Artikoli 19a, 29a, 29d, 30 u 33, il-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1), l-Artikolu 34(2) u (3), u l-Artikolu 51 ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għal-liġijiet, għar-regolamenti u għad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati mal-impriżi li ġejjin irrispettivament mill-forma legali tagħhom, dment li dawk l-impriżi jkunu impriżi li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom, jaqbżu fatturat nett ta’ EUR 450 000 000 u għadd medju ta’ 1 000 impjegat matul is-sena finanzjarja: ◄

(a) 

impriżi tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE ( 1 )

(b) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-miżuri ta’ koordinazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-impriżi elenkati fil-punti (2) sa (23) tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 )

Artikolu 1 4.
Il-miżuri ta’ koordinazzjoni stabbiliti mill-Artikoli 19a, l-Artikolu 29a u 29d ma għandhomx japplikaw għall-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) stabbilita mill-Ftehim Qafas dwar l-EFSF jew għall-prodotti finanzjarji elenkati fil-punti (b) u (f) tal-punt (12) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
Artikolu 1 5.
Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti mill-Artikoli 40a sa 40d għandhom japplikaw ukoll għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-impriżi sussidjarji u l-fergħat tal-impriżi li mhumiex regolati mil-liġi ta’ Stat Membru iżda li l-forma ġuridika tagħhom hija komparabbli mat-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness I.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.