+Artikolu 3 Kategoriji ta' impriżi u gruppi
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 7.
---+Artikolu 3 8.
---+Artikolu 3 9.
---+Artikolu 3 10.
---+Artikolu 3 11.
---+Artikolu 3 12.
---+Artikolu 3 13.
|
Artikolu 3 Kategoriji ta' impriżi u gruppi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Meta japplikaw waħda jew akatr mill-possibilitajiet fl-Artikolu 36, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu mikroimpriżi bħala impriżi li fil-karti tal-bilanċ tagħhom id-dati ma jaqbżux il-limiti ta' lanqas ta' tnejn minn dawn it-tliet kriterji li ġejjin:
▼M6
(a)
it-total tal-karta tal-bilanċ: EUR 450 000 ;
(b)
il-fatturat nett: EUR 900 000 ;
▼B
(c)
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 10.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Impriżi żgħar ikunu impriżi li fil-karti tal-bilanċ tagħhom id-dati ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:
▼M6
(a)
it-total tal-karta tal-bilanċ: EUR 5 000 000 ;
(b)
il-fatturat nett: EUR 10 000 000 ;
▼B
(c)
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 50.
L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu l-limiti li jaqbżu l-livell limitu fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Madankollu, il-livelli limitu ma għandhomx jaqbżu s-EUR 7 500 000 fit-total tal-karta tal-bilanċ u l-EUR 15 000 000 fil-fatturat nett.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Impriżi medji għandhom ikunu impriżi li mhumiex mikroimpriżi jew impriżi żgħar u li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:
▼M6
(a)
it-total tal-karta tal-bilanċ: EUR 25 000 000 ;
(b)
il-fatturat nett: EUR 50 000 000 ;
▼B
(c)
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Impriżi kbar għandhom ikunu impriżi li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom jaqbżu ta’lanqas tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:
▼M6
(a)
it-total tal-karta tal-bilanċ: EUR 25 000 000 ;
(b)
il-fatturat nett: EUR 50 000 000 ;
▼B
(c)
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Gruppi żgħar għandhom ikunu gruppi li jikkonsistu
►C1
f'impriżi omm ◄ u sussidjarji li huma inklużi f'konsolidament u li, fuq bażi kkonsolidata, ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin fid-data tal-karta tal-bilanċ tal-
►C1
impriża omm ◄ :
▼M6
(a)
it-total tal-karta tal-bilanċ: EUR 5 000 000 ;
(b)
il-fatturat nett: EUR 10 000 000 ;
▼B
(c)
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 50.
L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu l-limiti li jaqbżu l-livell limitu fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Madankollu, il-livelli limitu ma għandhomx jaqbżu s-EUR 7 500 000 fit-total tal-karta tal-bilanċ u l-EUR 15 000 000 fil-fatturat nett.
|
|
Artikolu 3 6.
|
Gruppi medji għandhom ikunu gruppi li mhumiex gruppi żgħar, li jikkonsistu
►C1
f'impriżi omm ◄ u sussidjarji li huma inklużi f'konsolidament u li, fuq bażi kkonsolidata, ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin fid-data tal-karta tal-bilanċ tal-
►C1
impriża omm ◄ :
▼M6
(a)
it-total tal-karta tal-bilanċ: EUR 25 000 000 ;
(b)
il-fatturat nett: EUR 50 000 000 ;
▼B
(c)
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250.
|
|
Artikolu 3 7.
|
Gruppi kbar għandhom ikunu gruppi li jikkonsistu
►C1
f'impriżi omm ◄ u sussidjarji li huma inklużi f'konsolidament u li, fuq bażi kkonsolidata, ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin fid-data tal-karta tal-bilanċ tal-
►C1
impriża omm ◄ :
▼M6
(a)
it-total tal-karta tal-bilanċ: EUR 25 000 000 ;
(b)
il-fatturat nett: EUR 50 000 000 ;
▼B
(c)
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250.
|
|
Artikolu 3 8.
|
L-Istati Membri għandhom jippermettu t-tpaċija msemmija fl-Artikolu 24(3) u li kwalunkwe eliminazzjoni bħala konsegwenza tal-Artikolu 24(7) ma tiġix affettwata, meta jiġu kkalkulati l-limiti fil-paragrafi 5 sa 7 ta' dan l-Artikolu. F’każijiet bħal dawn, il-limiti għat-total tal-karta tal-bilanċ u l-kriterji għall-fatturat nett għandhom jiżdiedu b’20 %.
|
|
Artikolu 3 9.
|
Fil-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont fil-munita nazzjonali ekwivalenti għall-ammonti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7 għandu jkun dak li jinkiseb billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe Direttiva li tistabbilixxi dawk l-ammonti. Għall-iskopijiet ta' konverżjoni fil-muniti nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li ma adottawx il-euro, l-ammonti f'euro speċifikati fil-paragrafi 1, 3, 4, 6 u 7 jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu b'mhux aktar minn 5 % sabiex jiġu prodotti ammonti għal-liġi fil-muniti nazzjonali.
|
|
Artikolu 3 10.
|
Meta fid-data tal-karta tal-bilanċ tagħha, impriża jew grupp jaqbeż jew ma jibqax jaqbeż il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7, dak il-fatt għandu jaffettwa l-applikazzjoni tad-derogi previsti f’din id-Direttiva fil-każ biss jekk iseħħ f’sentejn finanzjarji konsekuttivi.
|
|
Artikolu 3 11.
|
It-total tal-karta tal-bilanċ imsemmi fil-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu għandu jikkonsisti mill-valur totali tal-assi f'A sa E taħt “Assi” fil-format stabbilit fl-Anness III jew tal-assi f'A sa E fil-format stabbilit fl-Anness IV.
|
|
Artikolu 3 12.
|
Fil-kalkolu tal-limiti fil-paragrafi 1 sa 7, l-Istati Membri jistgħu jesiġu l-inklużjoni ta' introjtu minn sorsi oħrajn għall-impriżi li għalihom ma jkunx rilevanti “l-fatturat nett”. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-
►C1
impriża omm ◄ jikkalkulaw il-limiti tagħhom fuq bażi kkonsolidata aktar milli fuq bażi individwali. L-Istati Membri jistgħu wkoll jesiġu li l-impriżi affiljati jikkalkulaw il-limiti tagħhom fuq bażi kkonsolidata jew aggregata fejn tali impriżi jkunu ġew stabbiliti għall-uniku skop li jiġi evitat ir-rappurtar ta' ċerta informazzjoni.
|
|
Artikolu 3 13.
|
Sabiex tagħmel aġġustament għall-effetti tal-inflazzjoni, il-Kummissjoni għandha mill-anqas kull ħames snin teżamina mill-ġdid u, fejn adatt, temenda, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 49, il-limiti msemmija fid-dispożizzjonijiet li ġejjin, billi tqis il-miżuri ta’ inflazzjoni kif ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:
(a)
il-paragrafi 1 sa 7 ta’ dan l-Artikolu;
(b)
ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 19(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19a(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29a(1); u
(c)
it-tieni, ir-raba’ u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 40a(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|