+KAPITOLU 1 KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U KATEGORIJI TA' IMPRIŻI U GRUPPI
---+Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 1a.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
------+Artikolu 1 4.
------+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Kategoriji ta' impriżi u gruppi
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
------+Artikolu 3 5.
------+Artikolu 3 6.
------+Artikolu 3 7.
------+Artikolu 3 8.
------+Artikolu 3 9.
------+Artikolu 3 10.
------+Artikolu 3 11.
------+Artikolu 3 12.
------+Artikolu 3 13.

KAPITOLU 1 KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U KATEGORIJI TA' IMPRIŻI U GRUPPI

KAPITOLU 1 KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U KATEGORIJI TA' IMPRIŻI U GRUPPI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“Entitajiet ta' interess pubbliku” tfisser impriżi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1 li huma

(a) 

irregolati mil-liġi ta' Stat Membru u li t-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għan-negozju f'suq irregolat ta' kwalunkwe Stat Membru skont it-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-suq fi strumenti finanzjarji ( 5 );

(b) 

istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ( 6 ) minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva;

(c) 

impriżi tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali tal-impriżi tal-assigurazzjoni ( 7 ); jew

(d) 

innominati mill-Istati Membri bħala entitajiet ta' interess pubbliku, bħal pereżempju impriżi li jkunu ta' relevanza pubblika sinifikattiva minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, id-daqs tagħhom jew in-numru ta' impjegati tagħhom;

(2) 

“interess ta' parteċipazzjoni” tfisser id-drittijiet fil-kapital ta’ impriżi oħra, rappreżentati jew le permezz ta’ ċertifikati, li, bil-ħolqien ta' rabta durabbli ma’ dawk l-impriżi, ikunu maħsuba sabiex jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal-impriża li jkollha dawk id-drittijiet. Is-sehem f'parti mill-kapital ta’ impriża oħra hija kkunsidrata li tikkostitwixxi interess ta' parteċipazzjoni, meta din taqbeż limitu ta' perċentwali stabbilit mill-Istati Membri li huwa anqas jew ekwivalenti għal 20 %;

(3) 

“parti relatata” għandha l-istess tifsira bħal dik fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà ( 8 );

(4) 

“assi fissi” tfisser dawk l-assi li huma maħsuba biex jintużaw fuq bażi kontinwa għall-attivitajiet tal-impriża;

▼M4

(5) 

“fatturat nett” tfisser l-ammonti derivati mill-bejgħ ta’ prodotti u l-forniment ta’ servizzi wara li jitnaqqsu l-iskonti fuq il-bejgħ u t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra direttament marbuta mal-fatturat; madankollu, għall-impriżi tal-assigurazzjoni imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva, “fatturat nett” għandu jiġi definit skont l-Artikolu 35 u l-punt 2 tal-Artikolu 66 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE ( 9 ) għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva, “fatturat nett” għandu jiġi definit skont l-Artikolu 43(2)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE ( 10 ); u għall-impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 40a(1) ta’ din id-Direttiva, “fatturat nett” tfisser id-dħul kif definit minn jew skont it-tifsira tal-qafas tar-rapportar finanzjarju li abbażi tiegħu jitħejjew ir-rapporti finanzjarji tal-impriża;

▼B

(6) 

“prezz tax-xiri” tfisser il-prezz pagabbli u kwalunkwe spiża inċidentali nieqes kwalunkwe tnaqqis inċidentali fl-ispiża tal-akkwist;

(7) 

“Spiża tal-produzzjoni” tfisser il-prezz tax-xiri ta’ materja prima, konsumabbli u spejjeż oħra attribwibbli direttament għall-oġġett inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jippermettu jew jesiġu l-inklużjoni ta' proporzjon raġonevoli ta' spejjeż tal-operat fissi jew varjabbli attribwibbli indirettament għall-oġġett inkwistjoni sal-punt li jirrigwardaw il-perijodu ta' produzzjoni. L-ispejjeż ta' distribuzzjoni ma għandhomx jiġu inklużi;

(8) 

“aġġustament fil-valur” tfisser l-aġġustamenti maħsuba sabiex jieħdu kont tal-bidliet fil-valur ta’ assi individwali stabbiliti fid-data tal-karta tal-bilanċ, sew jekk il-bidla tkun finali kif ukoll jekk le;

(9) 

“ ►C1  impriża omm ◄ ” tfisser impriża li tikkontrolla jew li finalment tikkontrolla impriża sussidjarja waħda jew aktar;

(10) 

“impriża sussidjarja” tfisser impriża li tkun ikkontrollata minn ►C1  impriża omm ◄ , inkluż kwalunkwe impriża sussidjarja ta’ ►C1  impriża omm ◄ aħħarija;

(11) 

“grupp” tfisser ►C1  impriża omm ◄ u l-impriżi sussidjarji tagħha kollha;

(12) 

“impriżi affiljati” tfisser kwalunkwe żewġ impriżi jew aktar fi grupp;

(13) 

“impriża assoċjata” tfisser impriża li fiha impriża oħra jkollha interess ta' parteċipazzjoni, u li l-impriża l-oħra teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-politiki operattivi u finanzjarji tagħha. Impriża titqies li teżerċita influwenza sinifikanti fuq impriża oħra meta jkollha 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-impriża l-oħra;

(14) 

“impriżi ta' investiment” tfisser:

(a) 

impriżi li l-għan uniku tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f'titoli diversi, proprjetà immobbli u assi oħra, bl-uniku għan li jifirxu r-riskji ta' investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati tal-amministrazzjoni tal-assi tagħhom,

(b) 

impriżi assoċjati ma' impriżi ta' investiment b'kapital fiss, jekk l-uniku għan ta' dawk l-impriżi assoċjati huwa li jakkwistaw kapital sottoskritt maħruġ minn dawk l-impriżi ta' investiment mingħajr preġudizzju għall-punt (h) tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2012/30/UE;

(15) 

“impriżi holding finanzjarji” tfisser impriżi li l-uniku għan tagħhom hu li jakkwistaw holdings f'impriżi oħrajn u li jamministraw dawn il-holdings u jagħmlu qligħ minnhom, mingħajr ma jinvolvu lilhom infushom direttament jew indirettament fl-amministrazzjoni ta' dawk l-impriżi, mingħajr preġudizzju għal-liġiijiet tal-azzjonisti;

(16) 

“materjali” tfisser l-istatus tal-informazzjoni li l-ommissjoni jew id-dikjarazzjoni ħażina tagħha tista' b'mod raġonevoli tkun mistennija tinfluenza d-deċiżjonijiet li jagħmlu l-utenti abbażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża. Il-materjalità tal-entrati individwali għandha tiġi vvalutata fil-kuntest ta' entrati simili oħrajn;

▼M4

(17) 

“kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà” tfisser fatturi ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi fatturi ta’ sostenibbiltà ddefiniti fil-punt 24 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088;

(18) 

“rapportar dwar is-sostenibbiltà’” tfisser ir-rapportar ta’ informazzjoni marbuta ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikoli 19a, 29a u 29d;

(19) 

“riżorsi intanġibbli ewlenin” tfisser riżorsi mingħajr sustanza fiżika li fuqhom jiddependi b’mod fundamentali l-mudell tan-negozju tal-impriża u li huma sors ta’ ħolqien ta’ valur għall-impriża;

(20) 

“fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 )għall-attività speċifika ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 34(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (aa) ta’ din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 3 Kategoriji ta' impriżi u gruppi

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.