|
+Artikolu 7 2. |
Artikolu 7 2.Meta jiġi applikat il-paragrafu 1, l-ammont tad-differenza bejn il-kalkolu fuq bażi tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni u l-kalkolu fuq bażi ta’ rivalutazzjoni għandu jiddaħħal fil-karta tal-bilanċ fir-riżerva ta’ rivalutazzjoni taħt “Kapital u riżervi”. Ir-riżerva ta’ rivaltazzjoni tista' tiġi kapitalizzata kollha jew f'parti fi kwalunkwe ħin. Ir-riżerva ta’ rivalutazzjoni għandha titnaqqas meta l-ammonti trasferiti għal dik ir-riżerva ma jkunux għadhom meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-bażi ta’ rivalutazzjoni tal-kontabbiltà. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jirregolaw l-applikazzjoni tar-riżerva ta’ rivalutazzjoni, bil-kundizzjoni li t-trasferimenti għall-kont tal-qligħ u t-telf mir-riżerva ta’ rivalutazzjoni jistgħu jsiru biss meta l-ammonti trasferiti jkunu ddaħħlu bħala spiża fil-kont tal-qligħ u t-telf jew jirriflettu żidiet fil-valur li effettivament ġew realizzati. L-ebda parti tar-riżerva ta’ rivalutazzjoni ma tista’ tiġi distribwita, direttament jew indirettament, sakemm ma tkunx tirrappreżenta qligħ effettivament realizzat. Ħlief kif previst skont it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, ir-riżerva ta’ rivalutazzjoni ma tistax titnaqqas. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|