+Artikolu 7 Bażi alternattiva għall-kalkolu tal-assi fissi skont ammonti rivalutati
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.

Artikolu 7 Bażi alternattiva għall-kalkolu tal-assi fissi skont ammonti rivalutati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
B'deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu fir-rigward tal-impriżi kollha jew ta' kwalunkwe klassi ta' impriża l-kalkolu tal-assi fissi skont ammonti rivalutati. Fejn il-liġi nazzjonali jipprevedi l-bażi ta' rivalutazzjoni tal-kalkolu, dan għandu jiddefinixxi l-kontenut u l-limiti tagħha u r-regoli għall-applikazzjoni tagħha.
Artikolu 7 2.
Meta jiġi applikat il-paragrafu 1, l-ammont tad-differenza bejn il-kalkolu fuq bażi tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni u l-kalkolu fuq bażi ta’ rivalutazzjoni għandu jiddaħħal fil-karta tal-bilanċ fir-riżerva ta’ rivalutazzjoni taħt “Kapital u riżervi”.

Ir-riżerva ta’ rivaltazzjoni tista' tiġi kapitalizzata kollha jew f'parti fi kwalunkwe ħin.

Ir-riżerva ta’ rivalutazzjoni għandha titnaqqas meta l-ammonti trasferiti għal dik ir-riżerva ma jkunux għadhom meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-bażi ta’ rivalutazzjoni tal-kontabbiltà. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jirregolaw l-applikazzjoni tar-riżerva ta’ rivalutazzjoni, bil-kundizzjoni li t-trasferimenti għall-kont tal-qligħ u t-telf mir-riżerva ta’ rivalutazzjoni jistgħu jsiru biss meta l-ammonti trasferiti jkunu ddaħħlu bħala spiża fil-kont tal-qligħ u t-telf jew jirriflettu żidiet fil-valur li effettivament ġew realizzati. L-ebda parti tar-riżerva ta’ rivalutazzjoni ma tista’ tiġi distribwita, direttament jew indirettament, sakemm ma tkunx tirrappreżenta qligħ effettivament realizzat.

Ħlief kif previst skont it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, ir-riżerva ta’ rivalutazzjoni ma tistax titnaqqas.

Artikolu 7 3.
L-aġġustamenti tal-valur għandhom jiġu kkalkulati kull sena fuq il-bażi tal-ammont rivalutat. Madankollu, b’deroga mill-Artikoli 9 u 13, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-ammont biss tal-aġġustamenti tal-valur li jsiru b'riżultat tal-bażi ta' kalkolu tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni jintwera taħt l-entrati rilevanti fil-formati stabbiliti fl-Annessi V u VI u li d-differenzi b’riżultat tal-kalkolu fuq bażi ta’ rivalutazzjoni skont dan l-Artikolu jintwerew b’mod separat fil-formati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.