+Artikolu 8 Bażi alternattiva għall-kalkolu tal-valur ġust
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.

Artikolu 8 Bażi alternattiva għall-kalkolu tal-valur ġust

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.

B’deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 6(1) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu:

(a) 

l-Istati Membri għandhom jippermettu jew jesiġu fir-rigward tal-impriżi kollha jew ta' kwalunkwe klassi ta' impriża, il-kalkolu ta’ strumenti finanzjarji, inklużi strumenti finanzjarji derivati, skont il-valur ġust; u

(b) 

l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu fir-rigward tal-impriżi kollha jew kwalunkwe klassi ta' impriża, il-kalkolu ta’ kategoriji speċifikati ta’ assi minbarra strumenti finanzjarji skont ammonti determinati b’referenza għall-valur ġust.

Tali permess jew rekwiżit jista' jkun limitat għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.

Artikolu 8 2.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, kuntratti bbażati fuq prodotti bażiċi li jagħtu waħda mill-partijiet kontraenti d-dritt li tħallas bi flus kontanti jew b’xi strument finanzjarju ieħor għandhom ikunu ikkunsidrati bħala strumenti finanzjarji derivati, ħlief meta tali kuntratti:

(a) 

ikunu saru biex jissodisfaw, u għadhom jissodisfaw, ir-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ jew użu previsti tal-impriża fil-mument li jkunu saru u wara;

(b) 

mill-bidu tagħhom kienu indikati bħala kuntratti bbażati fuq prodotti bażiċi; u

(c) 

ikunu mistennija li jitħallsu mal-konsenja tal-prodott bażiku.

Artikolu 8 3.

Il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu japplika biss għall-passivi li ġejjin:

(a) 

passivi li jinżammu bħala parti minn portafoll ta’ negozju; u

(b) 

strumenti finanzjarji derivati.

Artikolu 8 4.

Il-kalkolu skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

(a) 

strumenti finanzjarji nonderivati miżmuma sal-maturità;

(b) 

self u riċevibbli li oriġinaw mill-impriża u mhux miżmuma għal skopijiet ta' negozjar; u

(c) 

interessi f’sussidjarji, impriżi assoċjati u impriżi konġunti, strumenti ta' ekwità maħruġa mill-impriża, kuntratti għal korrispettiv kontinġenti f’kombinament ta’ negozju, u strumenti finanzjarji oħra b’karatteristiċi speċjali tali li l-istrumenti, skont dak li huwa ġeneralment aċċettat, jiġu kkontabilizzati b’mod differenti minn strumenti finanzjarji oħra.

Artikolu 8 5.
B'deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu fir-rigward ta’ kwalunkwe assi u passivi li jikkwalifikaw bħala entrati iħħeġġjati taħt sistema ta’ kontabbiltà ta' hedge tal-valur ġust, jew ta' porzjonijiet identifikati ta’ dawn l-assi jew passivi, jippermettu kalkolu skont ammont speċifikat rikjest taħt dik is-sistema.
Artikolu 8 6.
B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu r-rikonoxximent, il-kalkolu u l-iżvelar ta’ strumenti finanzjarji f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.
Artikolu 8 7.

Il-valur ġust skont dan l-Artikolu għandu jiġi ddeterminat b’riferiment għal wieħed mill-valuri li ġejjin:

(a) 

fil-każ ta' strumenti finanzjarji li għalihom ikun jista’ jiġi faċilment identifikat suq affidabbli, il-valur tas-suq. Meta l-valur tas-suq ma jkunx faċilment identifikabbli għal strument iżda jkun jista’ jiġi identifikat għall-komponenti tiegħu jew għal strument simili, il-valur tas-suq jista’ jiġi derivat minn dak tal-komponenti tiegħu jew tal-istrument simili;

(b) 

fil-każ tal-istrumenti finanzjarji li għalihom ma jkunx jista’ jiġi faċilment identifikat suq affidabbli, valur li jirriżulta minn mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni ġeneralment aċċettati, sakemm tali mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni jiżguraw approssimazzjoni raġonevoli tal-valur tas-suq.

L-istrumenti finanzjarji li ma jistgħux jiġu kkalkolati b’mod affidabbli b'ebda mill-metodi deskritti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jitkejlu skont il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni sa fejn ikun possibbli kalkolu fuq dik il-bażi.

Artikolu 8 8.

Minkejja l-punt (c) tal-Artikolu 6(1), meta strument finanzjarju jiġi kkalkolat bil-valur ġust, bidla fil-valur għandha tiġi inkluża fil-kont tal-qligħ u telf, ħlief fil-każijiet li ġejjin, fejn tali bidla għandha tiġi inkluża direttament f'riżerva tal-valur ġust:

(a) 

l-isrument ikkontabilizzat ikun strument ta' iħħeġġjar taħt sistema ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar li tippermetti li l-bidla kollha jew parti minnha fil-valur ma tintweriex fil-kont tal-qligħ u t-telf; jew

(b) 

il-bidla fil-valur tirrigwarda differenza fil-kambju b’riżultat ta’ entrata monetarja li tifforma parti mill-investiment nett ta’ impriża f’entità barranija.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jirrikjedu bidla fil-valur ta’ assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ, minbarra strument finanzjarju derivat. Dik ir-riżerva tal-valur ġust għandha tiġi aġġustata meta l-ammonti li jidhru fiha ma jkunux aktar meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 8 9.
Minkejja l-punt (a) tal-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li fir-rigward tal-impriżi kollha jew ta’ kwalunkwe klassi ta’ impriża, meta l-assi għajr l-istrumenti finanzjarji jiġu kkalkolati bil-valur ġust, il-bidla fil-valur għandha tiġi inkluża fil-kont tal-qligħ u t-telf.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.