|
+Artikolu 8 7. |
Artikolu 8 7.Il-valur ġust skont dan l-Artikolu għandu jiġi ddeterminat b’riferiment għal wieħed mill-valuri li ġejjin:
(a)
fil-każ ta' strumenti finanzjarji li għalihom ikun jista’ jiġi faċilment identifikat suq affidabbli, il-valur tas-suq. Meta l-valur tas-suq ma jkunx faċilment identifikabbli għal strument iżda jkun jista’ jiġi identifikat għall-komponenti tiegħu jew għal strument simili, il-valur tas-suq jista’ jiġi derivat minn dak tal-komponenti tiegħu jew tal-istrument simili;
(b)
fil-każ tal-istrumenti finanzjarji li għalihom ma jkunx jista’ jiġi faċilment identifikat suq affidabbli, valur li jirriżulta minn mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni ġeneralment aċċettati, sakemm tali mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni jiżguraw approssimazzjoni raġonevoli tal-valur tas-suq. L-istrumenti finanzjarji li ma jistgħux jiġu kkalkolati b’mod affidabbli b'ebda mill-metodi deskritti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jitkejlu skont il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni sa fejn ikun possibbli kalkolu fuq dik il-bażi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|