+Artikolu 9 Dispożizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw il-karta tal-bilanċ u l-kont tal-qliegħ u t-telf
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.

Artikolu 9 Dispożizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw il-karta tal-bilanċ u l-kont tal-qliegħ u t-telf

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
Il-format tal-karta tal-bilanċ u tal-kont tal-qligħ u t-telf, ma għandux jinbidel minn sena finanzjarja għall-oħra. Devjazzjonijiet minn dak il-prinċipju għandhom, madankollu, jiġu permessi f’każijiet eċċezzjonali sabiex tingħata stampa vera u ġusta tal-assi, l-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ u t-telf tal-impriża. Kwalunkwe tali devjazzjoni u r-raġunijiet għaliha għandhom jiġu dżvelati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
Artikolu 9 2.
Fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf l-entrati stipulati fl-Annessi III sa VI għandhom jintwerew separatament fl-ordni indikata. L-Istati Membri għandhom jippermettu subdiviżjoni aktar dettaljata ta' dawk l-entrati għandha tiġi permessa, soġġett għall-konformità mal-formati preskritti. L-Istati Membri għandhom jippermettu ż-żieda ta' of subtotali u ta' entrati ġodda, sakemm il-kontenut tagħhom ma jkunx kopert minn xi waħda mill-entrati fil-formati preskritti. L-Istati Membri jistgħu jesiġu subdiviżjoni bħal din jew subtotali jew entrati ġodda.
Artikolu 9 3.
Il-format, in-nomenklatura u t-terminoloġija tal-entrati fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf li huma preċeduti b' numri Għarab għandhom jiġu adattati meta n-natura speċjali ta’ impriża titlob dan. L-Istati Membri jistgħu jesiġu tali adattamenti għal impriżi li jagħmlu parti minn settur ekonomiku partikolari.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jirrikjedu li l-entrati fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf li huma preċeduti minn numri Għarab jiġu kkombinati meta jkunu immaterjali fl-ammont għall-finijiet li jagħtu stampa vera u ġusta tal-assi, l-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-qligħ jew it-telf tal-impriżajew meta tali kombinament iwassal għal aktar ċarezza, dment li l-entrati hekk ikkombinati jiġu ttrattati separatament fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 9 4.
B'deroga mill-paragrafi (2) u (3) ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-ħila tal-impriża li tiddevja mill-formati stipulati fl- Annessi III sa VI sal-punt meħtieġ biex id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jistgħu jiġu ffajljati elettronikament.
Artikolu 9 5.
Fir-rigward ta' kull entrata fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf, iċ-ċifra għas-sena finanzjarja li jirreferu għaliha l-karta tal-bilanċ u l-kont tal-qligħ u t-telf u ċ-ċifra li tirrigwarda l-entrata korrispondenti għas-sena finanzjarja preċedenti għandhom jintwerew. Meta dawk iċ-ċifri ma jkunux komparabbli, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li tiġi aġġustata ċ-ċifra għas-sena finanzjarja preċedenti. Kwalunkwe każ ta’ nonkomparabbiltà jew kwalunkwe aġġustament taċ-ċifri għandu jiġi żvelat, bi spjegazzjonijiet, fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
Artikolu 9 6.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu l-adattament tal-format tal-karta tal-bilanċ u tal-kont tal-qligħ u t-telf sabiex tiġi inkluża l-approprjazzjoni tal-qligħ jew it-trattament tat-telf.
Artikolu 9 7.

Fir-rigward tat-trattament ta' interessi ta' parteċipazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali:

(a) 

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-interessi ta' parteċipazzjoni jiġu kkontabilizzati bl-użu tal-metodu tal-ekwità kif previst fl-Artikolu 27, billi jittieħed kont tal-aġġustamenti essenzjali b’riżultat tal-karatteristiċi partikolari tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali meta mqabbla mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati;

(b) 

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-proporzjon tal-qligħ jew tat-telf attribwibbli lill-interess ta' parteċipazzjoni jiġi rikonoxxut fil-kont tal-qligħ u t-telf biss sal-limitu tal-ammont li jikkorrispondi ma’ dividendi diġà riċevuti jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab; u

(c) 

meta l-profitt attribwibbli lill-interess ta’ parteċipazzjoni u rikonoxxut fil-kont tal-qligħ u t-telf jaqbeż l-ammont ta’ dividendi diġà riċevuti jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab, l-ammont tad-differenza għandu jitpoġġa f’riżerva li ma tistax titqassam lill-azzjonisti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.