+Artikolu 9 7.

Artikolu 9 7.

Fir-rigward tat-trattament ta' interessi ta' parteċipazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali:

(a) 

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-interessi ta' parteċipazzjoni jiġu kkontabilizzati bl-użu tal-metodu tal-ekwità kif previst fl-Artikolu 27, billi jittieħed kont tal-aġġustamenti essenzjali b’riżultat tal-karatteristiċi partikolari tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali meta mqabbla mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati;

(b) 

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-proporzjon tal-qligħ jew tat-telf attribwibbli lill-interess ta' parteċipazzjoni jiġi rikonoxxut fil-kont tal-qligħ u t-telf biss sal-limitu tal-ammont li jikkorrispondi ma’ dividendi diġà riċevuti jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab; u

(c) 

meta l-profitt attribwibbli lill-interess ta’ parteċipazzjoni u rikonoxxut fil-kont tal-qligħ u t-telf jaqbeż l-ammont ta’ dividendi diġà riċevuti jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab, l-ammont tad-differenza għandu jitpoġġa f’riżerva li ma tistax titqassam lill-azzjonisti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.