+Artikolu 12 Dispożizzjonijiet speċjali dwar ċerti entrati fil-karta tal-bilanċ
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.
---+Artikolu 12 9.
---+Artikolu 12 10.
---+Artikolu 12 11.
---+Artikolu 12 12.
|
Artikolu 12 Dispożizzjonijiet speċjali dwar ċerti entrati fil-karta tal-bilanċ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Meta assi jew passiv jirrigwarda aktar minn entrata waħda fil-format, ir-relazzjoni tiegħu mal-entrati l-oħra għandha tiġi żvelata jew taħt l-entrata fejn tidher jew fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-ishma proprji u l-ishma f’impriżi affiljati għandhom jintwerew biss taħt l-entrati preskritti għal dak il-għan.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Huwa l-għan li għalih ikunu maħsuba li jiddetermina jekk assi partikolari jintwerewx bħala assi fissi jew assi kurrenti.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Id-drittijiet għal beni immobbli u drittijiet simili oħra kif iddefiniti mil-liġi nazzjonali għandhom jintwerew taħt “Art u bini”.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni jew l-ammont rivalutat, fejn japplika l-Artikolu 7(1), ta' assi fissi b'utilità ekonomika limitata biż-żmien għandhom jitnaqqsu b'aġġustamenti tal-valur ikkalkulati b'mod li jamortizzaw il-valur ta' tali assi sistematikament matul iż-żmien tal-utilità ekonomika tagħhom.
|
|
Artikolu 12 6.
|
L-aġġustamenti fil-valur ta' assi fissi għandhom ikunu soġġetti għal dan li ġej:
(a)
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li jsiru aġġustamenti fil-valur fir-rigward ta’ assi finanzjarji fissi, b'mod li jiġu valutati skont il-valur l-aktar baxx li jrid jiġi attribwit lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċ;
(b)
għandhom isiru aġġustamenti fil-valur fir-rigward ta’ assi fissi, sew jekk l-utilità ekonomika tagħhom tkun limitata biż-żmien kif ukoll jekk le, b'mod li jiġu valutati skont il-valur aktar baxx li jrid jiġi attribwit lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċ jekk ikun mistenni li t-tnaqqis fil-valur tagħhom ser ikun permanenti;
(c)
l-aġġustamenti fil-valur imsemmijin fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu rreġistrati fil-kont tal-qligħ u t-telf u dżvelati separatament fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jekk ma kinux intwerew separatament fil-kont tal-qligħ u t-telf;
(d)
il-kalkolu skont il-valur l-aktar baxx ta' dawk previsti fil-punti (a) u (b) ma jistax jibqa' jsir jekk ir-raġunijiet li għalihom ikunu saru l-aġġustamenti fil-valur ma jibqgħux japplikaw, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal aġġustamenti fil-valur li jsiru fir-rigward ta’ avvjament.
|
|
Artikolu 12 7.
|
Aġġustamenti fil-valur għandhom isiru fir-rigward ta' assi kurrenti bil-ħsieb li dawn jintwerew skont il-valur l-aktar baxx tas-suq jew, f'ċirkostanzi partikolari, b'valur ieħor aktar baxx li għandu jiġi attribwit lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċ. Il-kalkolu skont il-valur l-aktar baxx previst fl-ewwel subparagrafu ma jistax jibqa' jsir jekk ir-raġunijiet li għalihom kienu saru l-aġġustamenti tal-valur ma jkunux għadhom japplikaw.
|
|
Artikolu 12 8.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-imgħax fuq kapital imsellef biex jiffinanzja l-produzzjoni ta’ assi fissi jew kurrenti jiġi inkluż fl-ispejjeż tal-produzzjoni sakemm dan jirrigwarda l-perijodu ta' produzzjoni. Kwalunkwe applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandha tiġi dżvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
|
|
Artikolu 12 9.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni ta’ inventarji ta’ oġġetti tal-istess kategorija u l-entrati funġibbli kollha inklużi l-investimenti jiġu kkalkulati jew fuq il-bażi ta’ prezzijiet medji peżati, fuq il-bażi tal-metodu ‘joħroġ li daħal l-ewwel’ (FIFO), il-metodu “l-ewwel tal-aħħar” (LIFO), jew metodu li ġeneralment jirrifletti l-aħjar prattiki ġeneralment aċċettati.
|
|
Artikolu 12 10.
|
Meta l-ammont għandu jitħallas lura minħabba dejn li jkun ikbar mill-ammont riċevut, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu li d-differenza tintwera bħala assi. Hi għandha tintwera separatament fil-karta tal-bilanċ jew fin-noti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. L-ammont ta' dik id-differenza għandu jiġi kkanċellat b'ammont raġonevoli kull sena u kkanċellat kompletament mhux iktar tard miż-żmien tal-ħlas lura tad-dejn.
|
|
Artikolu 12 11.
|
L-assi intanġibbli għandhom jiġu kkanċellati matul il-perijodu tal-utilità ekonomika tal-assi intanġibbli. F'każijiet eċċezzjonali fejn il-perijodu tal-avvjament u l-ispejjeż tal-iżvilupp ma jistgħux jiġu stmati b'mod affidabbli, tali assi għandhom jiġu amortizzati f'perijodu massimu stabbilit mill-Istat Membru. Dak il-perijodu massimu ma għandux ikun iqsar minn ħames snin u ma għandux jeċċedi l-għaxar snin. Spjegazzjoni tal-perijodu li matulu jkun ikkanċellat l-avvjament tiġi pprovduta fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Meta l-liġi nazzjonali tawtorizza l-inklużjoni tal-ispejjeż tal-iżvilupp taħt “Assi” u l-ispejjeż tal-iżvilupp ma jkunux ġew amortizzati għal kollox, l-Istati Membri għandhom jesiġu li ma ssir l-ebda distribuzzjoni ta' profitti sakemm l-ammont tar-riżervi disponibbli għad-distribuzzjoni u l-qligħ riportat ma jkunx mill-inqas ugwali għal dak tal-ispejjeż mhux amortizzati. Meta l-liġi nazzjonali tawtorizza l-inklużjoni ta' spejjeż ta' formazzjoni taħt “Assi”, dawn għandhom jiġu amortizzati f'perijodu massimu ta' ħames snin. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jesiġu li t-tielet subparagrafu japplika mutatis mutandis għall-ispejjeż ta' formazzjoni. F’każijiet eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mit-tielet u mir-raba' subparagrafi. Dawn id-derogi u r-raġunijiet għalihom għandhom jiġu dżvelati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
|
|
Artikolu 12 12.
|
Id-dispożizzjonijiet għandhom ikopru passivi li n-natura tagħhom tkun definita b’mod ċar u li fid-data tal-karta tal-bilanċ hu probabbli li ser jiġu inkorsi, jew ċertament li ser jiġu inkorsi iżda li m'hemmx ċertezza dwar l-ammont tagħhom jew id-data meta ser iseħħu. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll il-ħolqien ta’ provvedimenti maħsuba biex ikopru spejjeż li n-natura tagħhom tkun ddefinita b’mod ċar u li fid-data tal-karta tal-bilanċ ikunu probabbli li ser jiġu inkorsi, jew ċertament li ser jiġu inkorsi iżda li m'hemmx ċertezza dwar l-ammont tagħhom jew id-data meta ser iseħħu. Fid-data tal-karta tal-bilanċ, provvediment għandu jirrappreżenta l-aħjar stima tal-ispejjeż li jkunu probabbli li jsiru, jew fil-każ ta’ passivi, tal-ammont meħtieġ biex jissodisfa dak il-passiv. Ma għandhomx jintużaw provvedimenti biex jiġu aġġustati l-valuri tal-assi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|