+Artikolu 12 11.

Artikolu 12 11.

L-assi intanġibbli għandhom jiġu kkanċellati matul il-perijodu tal-utilità ekonomika tal-assi intanġibbli.

F'każijiet eċċezzjonali fejn il-perijodu tal-avvjament u l-ispejjeż tal-iżvilupp ma jistgħux jiġu stmati b'mod affidabbli, tali assi għandhom jiġu amortizzati f'perijodu massimu stabbilit mill-Istat Membru. Dak il-perijodu massimu ma għandux ikun iqsar minn ħames snin u ma għandux jeċċedi l-għaxar snin. Spjegazzjoni tal-perijodu li matulu jkun ikkanċellat l-avvjament tiġi pprovduta fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

Meta l-liġi nazzjonali tawtorizza l-inklużjoni tal-ispejjeż tal-iżvilupp taħt “Assi” u l-ispejjeż tal-iżvilupp ma jkunux ġew amortizzati għal kollox, l-Istati Membri għandhom jesiġu li ma ssir l-ebda distribuzzjoni ta' profitti sakemm l-ammont tar-riżervi disponibbli għad-distribuzzjoni u l-qligħ riportat ma jkunx mill-inqas ugwali għal dak tal-ispejjeż mhux amortizzati.

Meta l-liġi nazzjonali tawtorizza l-inklużjoni ta' spejjeż ta' formazzjoni taħt “Assi”, dawn għandhom jiġu amortizzati f'perijodu massimu ta' ħames snin. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jesiġu li t-tielet subparagrafu japplika mutatis mutandis għall-ispejjeż ta' formazzjoni.

F’każijiet eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mit-tielet u mir-raba' subparagrafi. Dawn id-derogi u r-raġunijiet għalihom għandhom jiġu dżvelati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.