+Artikolu 17 Divulgazzjonijiet addizzjonali għall-impriżi medji u kbar u għall-entitajiet ta’ interess pubbliku
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
|
Artikolu 17 Divulgazzjonijiet addizzjonali għall-impriżi medji u kbar u għall-entitajiet ta’ interess pubbliku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji l-impriżi medji u kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku, minbarra l-informazzjoni rikjesta taħt l-Artikolu 16 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ din id-Direttiva, għandhom jiżvelaw l-informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)
għad-diversi entrati ta’ assi fissi:
(i)
il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni, jew fejn tkun ġiet segwita bażi alternattiva ta’ kalkolu, il-valur ġust jew l-ammont rivalutat fil-bidu u t-tmiem tas-sena finanzjarja,
(ii)
żidiet, ċessjonijiet u trasferimenti matul is-sena finanzjarja,
(iii)
l-aġġustamenti tal-valur akkumulat fil-bidu u t-tmiem tas-sena finanzjarja,
(iv)
aġġustamenti fil-valur effettwati matul is-sena finanzjarja,
(v)
movimenti fl-aġġustamenti fil-valur akkumulat fir-rigward ta’ żidiet, ċessjonijiet u trasferimenti matul is-sena finanzjarja; u
(vi)
meta l-imgħax jiġi kkapitalizzat skont l-Artikolu 12(8), l-ammont ikkapitalizzat matul is-sena finanzjarja.
(b)
jekk l-assi fissi jew kurrenti jkunu s-suġġett ta’ aġġustamenti fil-valur għal raġunijiet ta’ tassazzjoni biss, l-ammont tal-aġġustamenti u r-raġunijiet għaliex saru;
(c)
meta l-istrumenti finanzjarji jiġu kkalkolati skont il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni:
(i)
għal kull klassi ta’ strument finanzjarju derivat:
—
il-valur ġust tal-istrumenti, jekk dan il-valur jista’ jiġi ddeterminat permezz ta’ wieħed mill-metodi stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 8(7), u
—
informazzjoni dwar il-medda u n-natura tal-istrumenti,
(ii)
għal assi fissi finanzjarji riportati f’ammont li hu aktar mill-valur ġust tagħhom:
—
il-valur skont il-kotba u l-valur ġust jew tal-assi individwali jew ta’ gruppi adatti ta’ dawk l-assi individwali, u
—
ir-raġunijiet għaliex il-valur skont il-kotba ma tnaqqasx, fosthom l-evidenza li fuqha hi bbażata s-suppożizzjoni li l-valur skont il-kotba ser jiġi rkuprat;
(d)
l-ammont tal-emolumenti mogħtija fir-rigward tas-sena finanzjarja lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji minħabba r-responsabbiltà tagħhom u kwalunkwe impenn li jirriżulta jew li jsir fir-rigward tal-pensjonijiet tal-irtirar għall-membri ta' qabel ta’ dawk il-korpi, b’indikazzjoni tat-total għal kull kategorija ta' korp.
L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni mir-rekwiżit li tiġi żvelata tali informazzjoni meta l-iżvelar tagħha tagħmilha possibbli li tiġi identifikata l-pożizzjoni finanzjarja ta’ membru speċifiku ta’ tali korp;
(e)
in-numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja, skont il-kategorija u, jekk ma jiġux żvelati separatament fil-kont tal-qligħ u t-telf, l-ispejjez għall-persunal fir-rigward tas-sena finanzjarja, skont il-pagi u s-salarji, spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż tal-pensjonijiet;
(f)
meta provvediment għal taxxa differita jiġi rikonoxxut fil-karta tal-bilanċ, il-bilanċi tat-taxxa differita fi tmiem is-sena finanzjarja, u l-moviment f'dawk il-bilanċi matul is-sena finanzjarja;
(g)
l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ kull impriża li fiha l-impriża, jew hija stess jew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess iżda għan-nom tal-impriża, għandha interess ta' parteċipazzjoni, b'indikazzjoni tal-proporzjon tal-kapital miżmum, l-ammont tal-kapital u tar-riżervi, u l-qligħ jew it-telf għall-aħħar sena finanzjarja tal-impriża konċernata li għaliha jkunu ġew adottati d-dikjarazzjonijiet finanzjarji; l-informazzjoni dwar il-kapital u r-riżervi u l-qligħ jew it-telf tista’ titħalla barra meta l-impriża konċernata ma tippubblikax il-karta tal-bilanċ tagħha u ma tkunx ikkontrollata mill-impriża.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt tieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni iffaljata skont l-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 2009/101/KE; l-ffaljar ta’ tali dikjarazzjoni għandu jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll li l-informazzjoni titħalla barra meta n-natura tagħha tkun tali li tkun ta’ preġudizzju serju għal kull impriża li għaliha tirreferi. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dawk l-omissjonijiet soġġett għal awtorizzazzjoni anmministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel. Kull ommissjoni bħal din għandha tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji;
(h)
in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur ta' parità kontabilistiku tal-ishma sottoskritti matul is-sena finanzjarja fil-limiti tal-kapital awtorizzat, mingħajr preġudizzju, fir-rigward tal-ammont ta’ dak il-kapital, għall-punt (e) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE jew għall-punti (c) u (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/30/UE;
(i)
meta hemm iktar minn klassi waħda ta' ishma, in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur ta' parità kontabilistiku għal kull klassi;
(j)
l-eżistenza ta’ kwalunkwe ċertifikat ta’ parteċipazzjoni, dejn obbligazzjonarju konvertibbli, warrants, opzjonijiet jew titoli jew drittijiet simili, b’indikazzjoni tan-numru u d-drittijiet li jagħtu.
(k)
l-isem, l-uffiċċju prinċipali jew reġistrat u l-forma ġuridika ta’ kull waħda mill-impriżi li tagħhom l-impriża tkun membru b’responsabilità illimitata;
(l)
l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-akbar korp ta’ impriżi li l-impriża tagħmel parti minnu bħala impriża sussidjarja;
(m)
l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-iżgħar korp ta’ impriżi li l-impriża tagħmel parti minnu bħala impriża sussidjarja u li tkun inkluża wkoll fil-korp ta’ impriżi li saret referenza għalih fil-punt (l);
(n)
il-post fejn jistgħu jinkisbu kopji tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati li għalihom saret referenza fil-punti (l) u (m) bil-kondizzjoni li dawn ikunu disponibbli;
(o)
l-approprjazzjoni proposta tal- qligħ jew it-trattament tat-telf, jew fejn applikabbli, l-approprjazzjoni tal-qligħ jew it-trattament tat-telf;
(p)
in-natura u l-iskop tan-negozju ta' l-arranġamenti tal-impriża li ma jkunux inklużi fil-karta tal-bilanċ, u l-impatt finanzjarju fuq l-impriża ta' dawk l-arranġamenti, sakemm ir-riskji jew benefiċċji li jirriżultaw minn tali arranġamenti jkunu materjali u sa fejn id-divulgar ta' tali riskji jew benefiċċji jkun meħtieġ sabiex tiġi evalwata l-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża;
(q)
in-natura u l-effetti finanzjarji ta’ avvenimenti materjali li jseħħu wara d-data tal-karta tal-bilanċ li mhumiex riflessi fil-kont tal-qligħ u t-telf jew fil-karta tal-bilanċ; u
(r)
it-transazzjonijiet mill-impriża li jkunu saru ma’ partijiet relatati, inkluż l-ammont ta’ dawn it-transazzjonijiet, in-natura tar-relazzjoni tal-parti relatata u informazzjoni oħra dwar it-transazzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jifhem il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża. L-informazzjoni dwar transazzjonijiet individwali tista’ tiġi aggregata skont in-natura tagħhom ħlief meta tkun meħtieġa informazzjoni separata sabiex wieħed jifhem l-effetti ta’ transazzjonijiet ma’ partijiet relatati fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li jiġu żvelati biss it-transazzjonijiet ma' partijiet relatati li ma jkunux ġew konklużi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li t-transazzjonijiet magħmula bejn membru wieħed jew aktar ta' grupp ma jiġux żvelati, sakemm is-sussidjarji li jkunu parti għat-transazzjoni jkunu kompletament proprjetà ta' tali membru.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li impriża medja tillimita l-iżvelar ta' transazzjonijiet ma' partijiet relatati għal transazzjonijiet li jsiru ma':
(i)
sidien li jkollhom interess ta' parteċipazzjoni fl-impriża;
(ii)
impriżi li fihom l-impriża nfisha jkollha interess ta' parteċipazzjoni; u
(iii)
membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-impriża.
|
|
Artikolu 17 2.
|
L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa japplikaw il-punt (g) tal-paragrafu 1 għal impriża li tkun
►C1
impriża omm ◄ rregolata mil-liġijiet nazzjonali tagħhom fil-każijiet li ġejjin:
(a)
meta l-impriża li fiha dik l-
►C1
impriża omm ◄ ikollha interess ta' parteċipazzjoni għall-finijiet tal-punt (g) tal-paragrafu 1 tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija minn dik l-
►C1
impriża omm ◄ , jew fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati ta’ korp akbar ta’ impriżi kif imsemmi fl-Artikolu 23(4);
(b)
meta dak l-interess ta' parteċipazzjoni jkun ġie ttrattat minn dik l-
►C1
impriża omm ◄ fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha skont l-Artikolu 9(7), jew fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija minn dik l-
►C1
impriża omm ◄ skont l-Artikolu 27(1) sa (8).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|