|
+Artikolu 17 1. |
Artikolu 17 1.Fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji l-impriżi medji u kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku, minbarra l-informazzjoni rikjesta taħt l-Artikolu 16 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ din id-Direttiva, għandhom jiżvelaw l-informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)
għad-diversi entrati ta’ assi fissi:
(i)
il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni, jew fejn tkun ġiet segwita bażi alternattiva ta’ kalkolu, il-valur ġust jew l-ammont rivalutat fil-bidu u t-tmiem tas-sena finanzjarja,
(ii)
żidiet, ċessjonijiet u trasferimenti matul is-sena finanzjarja,
(iii)
l-aġġustamenti tal-valur akkumulat fil-bidu u t-tmiem tas-sena finanzjarja,
(iv)
aġġustamenti fil-valur effettwati matul is-sena finanzjarja,
(v)
movimenti fl-aġġustamenti fil-valur akkumulat fir-rigward ta’ żidiet, ċessjonijiet u trasferimenti matul is-sena finanzjarja; u
(vi)
meta l-imgħax jiġi kkapitalizzat skont l-Artikolu 12(8), l-ammont ikkapitalizzat matul is-sena finanzjarja.
(b)
jekk l-assi fissi jew kurrenti jkunu s-suġġett ta’ aġġustamenti fil-valur għal raġunijiet ta’ tassazzjoni biss, l-ammont tal-aġġustamenti u r-raġunijiet għaliex saru;
(c)
meta l-istrumenti finanzjarji jiġu kkalkolati skont il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni:
(i)
għal kull klassi ta’ strument finanzjarju derivat:
—
il-valur ġust tal-istrumenti, jekk dan il-valur jista’ jiġi ddeterminat permezz ta’ wieħed mill-metodi stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 8(7), u
—
informazzjoni dwar il-medda u n-natura tal-istrumenti,
(ii)
għal assi fissi finanzjarji riportati f’ammont li hu aktar mill-valur ġust tagħhom:
—
il-valur skont il-kotba u l-valur ġust jew tal-assi individwali jew ta’ gruppi adatti ta’ dawk l-assi individwali, u
—
ir-raġunijiet għaliex il-valur skont il-kotba ma tnaqqasx, fosthom l-evidenza li fuqha hi bbażata s-suppożizzjoni li l-valur skont il-kotba ser jiġi rkuprat;
(d)
l-ammont tal-emolumenti mogħtija fir-rigward tas-sena finanzjarja lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji minħabba r-responsabbiltà tagħhom u kwalunkwe impenn li jirriżulta jew li jsir fir-rigward tal-pensjonijiet tal-irtirar għall-membri ta' qabel ta’ dawk il-korpi, b’indikazzjoni tat-total għal kull kategorija ta' korp. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni mir-rekwiżit li tiġi żvelata tali informazzjoni meta l-iżvelar tagħha tagħmilha possibbli li tiġi identifikata l-pożizzjoni finanzjarja ta’ membru speċifiku ta’ tali korp;
(e)
in-numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja, skont il-kategorija u, jekk ma jiġux żvelati separatament fil-kont tal-qligħ u t-telf, l-ispejjez għall-persunal fir-rigward tas-sena finanzjarja, skont il-pagi u s-salarji, spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż tal-pensjonijiet;
(f)
meta provvediment għal taxxa differita jiġi rikonoxxut fil-karta tal-bilanċ, il-bilanċi tat-taxxa differita fi tmiem is-sena finanzjarja, u l-moviment f'dawk il-bilanċi matul is-sena finanzjarja;
(g)
l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ kull impriża li fiha l-impriża, jew hija stess jew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess iżda għan-nom tal-impriża, għandha interess ta' parteċipazzjoni, b'indikazzjoni tal-proporzjon tal-kapital miżmum, l-ammont tal-kapital u tar-riżervi, u l-qligħ jew it-telf għall-aħħar sena finanzjarja tal-impriża konċernata li għaliha jkunu ġew adottati d-dikjarazzjonijiet finanzjarji; l-informazzjoni dwar il-kapital u r-riżervi u l-qligħ jew it-telf tista’ titħalla barra meta l-impriża konċernata ma tippubblikax il-karta tal-bilanċ tagħha u ma tkunx ikkontrollata mill-impriża. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt tieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni iffaljata skont l-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 2009/101/KE; l-ffaljar ta’ tali dikjarazzjoni għandu jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll li l-informazzjoni titħalla barra meta n-natura tagħha tkun tali li tkun ta’ preġudizzju serju għal kull impriża li għaliha tirreferi. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dawk l-omissjonijiet soġġett għal awtorizzazzjoni anmministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel. Kull ommissjoni bħal din għandha tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji;
(h)
in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur ta' parità kontabilistiku tal-ishma sottoskritti matul is-sena finanzjarja fil-limiti tal-kapital awtorizzat, mingħajr preġudizzju, fir-rigward tal-ammont ta’ dak il-kapital, għall-punt (e) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE jew għall-punti (c) u (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/30/UE;
(i)
meta hemm iktar minn klassi waħda ta' ishma, in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur ta' parità kontabilistiku għal kull klassi;
(j)
l-eżistenza ta’ kwalunkwe ċertifikat ta’ parteċipazzjoni, dejn obbligazzjonarju konvertibbli, warrants, opzjonijiet jew titoli jew drittijiet simili, b’indikazzjoni tan-numru u d-drittijiet li jagħtu.
(k)
l-isem, l-uffiċċju prinċipali jew reġistrat u l-forma ġuridika ta’ kull waħda mill-impriżi li tagħhom l-impriża tkun membru b’responsabilità illimitata;
(l)
l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-akbar korp ta’ impriżi li l-impriża tagħmel parti minnu bħala impriża sussidjarja;
(m)
l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-iżgħar korp ta’ impriżi li l-impriża tagħmel parti minnu bħala impriża sussidjarja u li tkun inkluża wkoll fil-korp ta’ impriżi li saret referenza għalih fil-punt (l);
(n)
il-post fejn jistgħu jinkisbu kopji tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati li għalihom saret referenza fil-punti (l) u (m) bil-kondizzjoni li dawn ikunu disponibbli;
(o)
l-approprjazzjoni proposta tal- qligħ jew it-trattament tat-telf, jew fejn applikabbli, l-approprjazzjoni tal-qligħ jew it-trattament tat-telf;
(p)
in-natura u l-iskop tan-negozju ta' l-arranġamenti tal-impriża li ma jkunux inklużi fil-karta tal-bilanċ, u l-impatt finanzjarju fuq l-impriża ta' dawk l-arranġamenti, sakemm ir-riskji jew benefiċċji li jirriżultaw minn tali arranġamenti jkunu materjali u sa fejn id-divulgar ta' tali riskji jew benefiċċji jkun meħtieġ sabiex tiġi evalwata l-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża;
(q)
in-natura u l-effetti finanzjarji ta’ avvenimenti materjali li jseħħu wara d-data tal-karta tal-bilanċ li mhumiex riflessi fil-kont tal-qligħ u t-telf jew fil-karta tal-bilanċ; u
(r)
it-transazzjonijiet mill-impriża li jkunu saru ma’ partijiet relatati, inkluż l-ammont ta’ dawn it-transazzjonijiet, in-natura tar-relazzjoni tal-parti relatata u informazzjoni oħra dwar it-transazzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jifhem il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża. L-informazzjoni dwar transazzjonijiet individwali tista’ tiġi aggregata skont in-natura tagħhom ħlief meta tkun meħtieġa informazzjoni separata sabiex wieħed jifhem l-effetti ta’ transazzjonijiet ma’ partijiet relatati fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża. L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li jiġu żvelati biss it-transazzjonijiet ma' partijiet relatati li ma jkunux ġew konklużi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li t-transazzjonijiet magħmula bejn membru wieħed jew aktar ta' grupp ma jiġux żvelati, sakemm is-sussidjarji li jkunu parti għat-transazzjoni jkunu kompletament proprjetà ta' tali membru. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li impriża medja tillimita l-iżvelar ta' transazzjonijiet ma' partijiet relatati għal transazzjonijiet li jsiru ma':
(i)
sidien li jkollhom interess ta' parteċipazzjoni fl-impriża;
(ii)
impriżi li fihom l-impriża nfisha jkollha interess ta' parteċipazzjoni; u
(iii)
membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-impriża. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|