+Artikolu 19 1.

Artikolu 19 1.

Ir-rapport ta' ġestjoni għandu jinkludi analiżi xierqa tal-iżvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-impriża u tal-pożizzjoni tagħha, flimkien ma’ deskrizzjoni tar-riskji u l-inċertezzi prinċipali li tiffaċċja.

L-analiżi għandha tkun analiżi bilanċjata u komprensiva tal-żvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-impriża u tal-pożizzjoni tagħha, b’mod konsistenti mad-daqs u l-kumplessità tan-negozju.

Sal-punt meħtieġ biex wieħed jifhem l-iżvilupp, il-prestazzjoni jew il-pożizzjoni tal-impriża, l-analiżi għandha tinkludi kemm indikaturi finanzjarji ewlenin tal-prestazzjoni u, jekk ikun il-każ, indikaturi mhux finanzjarji rilevanti għan-negozju partikolari, fosthom informazzjoni li tirrigwarda kwistjonijiet ambjentali u dwar l-impjegati. Meta jipprovdi l-analiżi, ir-rapport ta' ġestjoni, fejn adatt, għandu jinkludi referenzi għal, u spjegazzjonijiet ulterjuri dwar, l-ammonti rrappurtati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali.

L-impriżi li, fid-dati tal-karti tal-bilanċ tagħhom, jaqbżu fatturat nett ta’ EUR 450 000 000 u għadd medju ta’ 1 000 impjegat matul is-sena finanzjarja għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar ir-riżorsi intanġibbli ewlenin u jispjegaw kif il-mudell tan-negozju tal-impriża jiddependi fundamentalment fuq tali riżorsi u kif tali riżorsi huma sors ta’ ħolqien tal-valur għall-impriża.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.