+Artikolu 19 Kontenut tar-rapport ta' ġestjoni
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
|
Artikolu 19 Kontenut tar-rapport ta' ġestjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Ir-rapport ta' ġestjoni għandu jinkludi analiżi xierqa tal-iżvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-impriża u tal-pożizzjoni tagħha, flimkien ma’ deskrizzjoni tar-riskji u l-inċertezzi prinċipali li tiffaċċja. L-analiżi għandha tkun analiżi bilanċjata u komprensiva tal-żvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-impriża u tal-pożizzjoni tagħha, b’mod konsistenti mad-daqs u l-kumplessità tan-negozju. Sal-punt meħtieġ biex wieħed jifhem l-iżvilupp, il-prestazzjoni jew il-pożizzjoni tal-impriża, l-analiżi għandha tinkludi kemm indikaturi finanzjarji ewlenin tal-prestazzjoni u, jekk ikun il-każ, indikaturi mhux finanzjarji rilevanti għan-negozju partikolari, fosthom informazzjoni li tirrigwarda kwistjonijiet ambjentali u dwar l-impjegati. Meta jipprovdi l-analiżi, ir-rapport ta' ġestjoni, fejn adatt, għandu jinkludi referenzi għal, u spjegazzjonijiet ulterjuri dwar, l-ammonti rrappurtati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali. L-impriżi li, fid-dati tal-karti tal-bilanċ tagħhom, jaqbżu fatturat nett ta’ EUR 450 000 000 u għadd medju ta’ 1 000 impjegat matul is-sena finanzjarja għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar ir-riżorsi intanġibbli ewlenin u jispjegaw kif il-mudell tan-negozju tal-impriża jiddependi fundamentalment fuq tali riżorsi u kif tali riżorsi huma sors ta’ ħolqien tal-valur għall-impriża.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Ir-rapport ta' ġestjoni għandu jagħti wkoll indikazzjoni ta’:
(a)
l-iżvilupp probabbli tal-impriża fil-futur;
(b)
attivitajiet fil-kamp tar-riċerka u l-iżvilupp;
(c)
l-informazzjoni dwar l-akkwisti ta' ishma proprji preskritta mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE;
(d)
l-eżistenza ta' fergħat tal-impriża; u
(e)
fir-rigward tal-użu ta’ strumenti finanzjarji mill-impriża u fejn materjali għall-valutazzjoni tal-assi, il-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew it-telf tagħha:
(i)
l-objettivi u l-linji politiċi finanzjarji tal-impriża għall-immaniġġar tar-riskji finanzjarji, inkluż il-politika tagħha għall-iħħeġġjar ta’ kull tip prinċipali ta' transazzjoni prevista li għaliha tintuża l-kontabbiltà għall-iħħeġġjar; u
(ii)
l-iskopertura tal-impriża għar-riskju ta' prezzijiet, ir-riskju kreditizju, ir-riskju tal-likwidità u ir-riskju tal-varjazzjoni tal-flussi finanzjarji.
|
|
Artikolu 19 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi żgħar mill-obbligu li jħejju rapporti dwar il-ġestjoni, sakemm huma jesiġu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE dwar l-akkwist mill-impriża ta' ishma proprji tingħata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
|
|
Artikolu 19 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi żgħar u medji mill-obbligu stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 sal-punt li dan jirrigwarda informazzjoni mhux finanzjarja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|